Friday, October 14, 2016

Ċittadinanzi rrifjutati ''bla raġuni'' jippersistu

F'Malta, meta l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li persuna m'għandhiex tingħata ċ-ċittadinanza Maltija m'għandhom ebda obbligu li jipprovdu informazzjoni jew għaliex ħadu dik id-deċiżjoni. Dak milqut minn din id-deċiżjoni ma jistax imur quddiem il-Qorti biex jiġġieled dik id-deċiżjoni.
Apparti dan, fil-liġi Maltija hemm provediment li jgħid li biex tieħu ċ-ċittadinanza trid tkun ''ċittadin xieraq'' u ta' ''karattru tajjeb''. L-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza trid tkun appoġġjata minn xi membru tal-Parlament, Imħallef, Maġistrat, avukat, nutar, tabib jew xi uffiċjal pubbliku.  Dawn il-provedimenti qed jitqiesu bħala li jillimitaw bi kbir l-aċċess għaċ-ċittadinanza.  Imma anki jekk tissodisfahom, biex tieħu ċ-ċittadinanza tista' ddum tistenna bejn 15 u 20 sena. Dawn il-provedimenti qed jitqiesu bħala li jħallu bieb għal diskriminazzjoni abbażi ta' razza, kulur, oriġini etnika, jew reliġjon.
Tlett snin ilu, il-Kummissjoni Kontra ir-Razziżmu tal-Kunsill tal-Ewropa (ECRI), kienet irrakkomandat li l-awtoritajiet Maltin jemendaw l-Att dwar iċ-Ċittadinanza. Hu kien u rrakkomandaw  li jiddaħħlu rekwiżiti ċari u oġġettivi fejn jirrigwara l-ksib ta' ċittadinanza.
F'rapport li għadu kif inħareġ mill-ECRI, intqal li ġie innutat li kien hemm emendi dwar l-Att dwar iċ-Ċittadinanza fis-sena 2013, fejn dan introduċa l-ksib ta' ċittadinanza b'investiment.  L-ECRI qalet li minkejja l-bdil li sar, ir-rakkomandazzjonijiet li hi kienet għamlet fis-sena 2013 ma ġewx implimentati.
Mill-banda l-oħra l-ECRI esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li intlaqgħu ir-rakkomandazzjonijiet fejn jirrigwardaw alternattivi għad-detenzjoni tal-immigranti.

1 Comments:

At May 19, 2017 at 10:11 PM , Blogger gina morgan said...

Għandek bżonn ta 'self komdu għas-sodisfazzjon tiegħek? Noffru self affordabbli b'rata ta 'imgħax 2% disponibbli għal dawk li jissellfu lokali u internazzjonali. Aħna huma ċċertifikati, affidabbli, affidabbli, effiċjenti, veloċi u dinamiku u ko - joperaw. aħna nagħtu l-self fit-tul minn massimu sentejn sa ħamsin sena.
ikkuntattjana fuq: ginamorganloancompany@gmail.com

 

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home