Is-sena 2016 l-aktar sena sħuna
Kollox qed jindika li s-sena 2016 tinsab riesqa lejn ir-riskju li tkun l-aktar sena sħuna. Dan hu minħabba diversi indikaturi li seħħew fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena u li qed juru tibdil serju fil-klima. Climatereality Project qed jgħidu li matul is-sena 2016 kien hemm xejn inqas minn erba' maltempati kbar b'ċans ta' periklu kbir u b'ammont kbir ta' xita f'Mississippi, West Virginia, Maryland u Louisiana. Skont l-organizazzjoni, maltempati kbar bħal dawn għandhom rabta ma' żieda fit-temperaturi. Indikatur ieħor hu dak li tip ta' ġurdien bl-isem ta' 'Bramble Cay Melomys' għeb minn wiċċ id-dinja minħabba l-bidla fil-klima. Dan it-tip ta' ġurdien kien jgħix fi Bramble Cay fi gżira fl-Awstralja u spiċċa ma kellux fejn jgħix minħabba żieda f'temp estrem u żieda fil-livell tal-ilma. L-istess organizazzjoni qed issostni li d-dinja qabżet il-limitu previst tad-diossidu tal-karbonju, li hu ta' 400ppm. F'Settembru l-livell tad-Diossidu tal-Karbonju li kellna fl-atmosfera baqa' ta' aktar minn 400ppm u skont għadd ta' xjentisti se jkun diffiċli ħafna li l-livelli jinżlu għal dak li kienu snin ilu. Apparti dan Awwissu kellu rekord ta' temperaturi sħan. L-organizazzjoni tgħid li skont l-Organizazzjoni Meteoroloġika tad-Dinja, qed issostni li kollox qed jindika li s-sena 2016 tista' tkun l-aktar sena b'temperaturi sħan.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home