Wednesday, October 19, 2016

"Deskritti persuni difettużi u diżgustanti … dan f'Malta ta' 2016" 
         - il-Ministru Helena Dalli

"Qed niftakar fil-persuni li fetħu qalbhom miegħi. Persuna li rrakkontat li meta fittxet għajnuna biex tifhem lilha nfisha, tawha parir biex tmur għand psikologa li tfejjaq l-omosesswalità. Mhux aċċettabbli li f'Malta tas-sena 2016 għad hawn individwi li qed ikunu deskritti bħala 'morda', 'diżgustanti' u 'difettużi'. Ixxukkjajt ruħi diversi drabi nisma' dak li għaddew minnu f'terapiji ta' konverżjoni għal persuni li mhux eterosesswali. Xi wħud ikkunsidraw is-suwiċidju. Qed jiġru u issa se nagħtu soluzzjonijiet għal dawni r-realtajiet. "
Dan sostnietu il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Helena Dalli, hekk kif fil-Parlament beda jiġi diskuss fl-istadju tat-tieni qari l-abbozz ta' liġi dwar l-affermazzjoni tal-orjetantazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru u l-espressjoni tal-ġeneru. Din il-liġi prattikament titratta prattiċi fejn persuni jippruvaw jagħmlu terapiji ta' konverżjoni fuq persuni li mhumiex eterosesswali.
Qalet li "llum hu jum ieħor importanti għal-libertajiet ċivili. Mhux biżżejjed li nagħmlu l-liġijiet imma rridu nbiddlu l-kultura biex verament inkunu soċjetà miftuħa u inklussiva. Għal din in-naħa tal-Gvern kulħadd hu mwieled indaqs u li nwaqqgħu l-ħitan ta' preġudizzji li inbnew tul iż-żmien. Ħadd ma jagħżel kif jitwieled u ħadd m'għandu jkun penalizzat għall-mod kif twieled. Hawn bosta persuni li jbatu biex jaċċettaw lilhom infushom kif inhuma u dan minħabba id-diskriminazzjoni li jiffaċċjaw jekk jikxfu l-identità tagħhom. Ġenituri f'Malta imbuttaw tfal biex imorru għand psikjatra jew prattiċi ta' konversjoni. Lil dawn il-ġenituri ma ntihomx tort. Min jieħu lil uliedu għal dawn il-prattiċi żgur li għax huma mingħalihom li qed jagħmlu l-aħjar għat-tifel jew tifla. It-tort intih lil min jilludihom u jwegħduhom li se jbiddel lit-tfal tagħhom u se jġibhom eterosesswali. Qed tagħtihom tama falza, tieħu l-flus flok turihom kif għandek timxi mat-tfal biex ikunu assertivi u jgħelbu l-ibbuljar. Nafu b'każijiet fejn saru prattiċi ta' konverzjoni kemm minn professjonisti u anke minn persuni reliġjużi."
Enfasizzat li "l-prattika tal-konverzjoni hi dik li tipprova trażżan jew tibdel l-identità tal-ġeneru. Dawn il-prattiċi m'għandhom ebda bażi xjentifika u hi bbażata fuq il-preġudizzju. Il-Knisja kienet naqset milli tagħraf l-uġiegħ li dawn il-prattiċi ta' konverżjoni jikkawżaw fuq i-ġenituri u l-ulied iżda wara stqarrija li nħarġet minn grupp ta' ġenituri Kattoliċi, l-Arċisqof Scicluna kien qal li ma jaqbilx ma' prattiċi ta' konverżjoni."

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home