B'mod ġenerali sodisfazzjon għall-baġit 2017 ... l-ekonomisti jqisuh bħala pożittiv
L-imsieħba soċjali flimkien ma' għadd ta' ekonomisti esprimew b'mod ġenerali is-sodisfazzjon għall-baġit għas-sena 2017. B'diversi organizazzjonijiet jikkummentaw b'mod favorevoli għall-miżuri li ttieħdu biex jgħinu lil dawk l-aktar vulnerabbli u li jinsabu fil-linja tal-faqar, ma naqsitx kritika fuq setturi oħra li ma ġewx indirizzati.
L-ekonomisti, li tkellmu ma' Inewsmalta qiesu dan il-baġit
bħala wieħed pożittiv b'mod partikolari fejn jidħol il-qasam
finanzjarju u r-riżultati li qed jinkisbu.
“Sinifikanti li d-destin ta' Malta se jkun f'idejha” – l-ekonomista Philip Von Brockdorff
Il-Kap tad-Dipartiment tal-Ekonomija fl-Università ta'
Malta, Philip von Brockdorff, meta kuntattjat minn Inewsmalta dwar
ir-reazzjoni tiegħu għall-baġit preżentat qal li "fejn jirrigwarda
id-deficit u d-deficit, il-Ministru Scicuna għadda kumment li ftit
osservawh imma dan kien sinifikanti ħafna. Il-Ministru qal li
d-deficit jekk jinżel taħt il-1 fil-mija u d-dejn jiġi konformi
mal-kriterji tat-Trattat ta' Maastricht, id-destin ta' Malta ikun
f'idejha. Jekk ma tosservax ir-regoli taż-Żona Ewro tispiċċa tiffaċċja
l-konsegwenzi u t-tmexxija tal-ekonomija u din tibda titmexxa mill-Fond
Monteraju Internazzjonali (IMF), mill-Bank Ċentrali Ewropew u
mill-Kummissjoni Ewropea".
Hu qalilna li "l-fatt jibqa' li importanti li nosservaw
dawn ir-regoli. Fuq dan il-punt, ngħid li pajjiżi oħra bħall-Greċja u
l-Portugal din iħossuha ħafna."
L-ekonomista Philip von Brockdorff qal ukoll li "fuq
il-pensjonijiet kienet ovvja li kien se jsir l-aġġustament fiha. Hemm
minnhom li jaqgħu taħt il-linja tal-faqar u kien hemm bżonn li s-sistema
tiġi indirizzata. Dan hu pass ieħor għalkemm għadna ma wasalniex".
Tkellem dwar il-miżura ta' inċentivi fuq innovazzjoni fuq
prodotti u qalilna li "din hi miżura li tista' tgħin ħafna. Jekk se
nkomplu ngħinu lil dawn il-kumpaniji fir-riċerka, dawn jistgħu jagħmlu
differenza."
L-ekonomista von Brockdorff tkellem ukoll dwar is-sisa fuq
materja prima fil-kostruzzjoni u qal li "naqbel ma' dak li qalet
l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA). Naħseb li din iż-żieda se
tispiċċa tintefa' fuq il-konsumaturi u b'hekk iżżid il-prezz
tal-proprjetà".
Dwar iż-żieda għall-għoli tal-ħajja qalilna li sa l-aħħar
ta' Awwissu din kellha tkun ta' €1.75. Jgħid iżda li mir-Retail Price
Index ta' Settembru, iż-żieda kellha tkun ta' €1.16. Qalilna li l-fatt
li l-Gvern xorta ta €1.75, u staqsa jekk dan ifissirx li l-Gvern qed
jara li se togħla l-ħajja. Jgħidilna ukoll li għandu tħassib dwar
il-kuntratt mal-Electrogas u dan għax għandu l-ewwel ħames snin b'rata
fissa ta ħlas u dan meta waqt li l-prezz taż-żejt qed jogħla dak
tal-gass baqa' wieħed kompetittiv.
Jikkummenta dwar il-miżuri intiżi lejn il-kirjiet ta'
akkomodazzjoni soċjali. Tenna li "kien inevitabbli li trid issir xi
ħaġa. Pero wieħed irid joqgħod attent ma jmurx is-sussidju u l-effett
tiegħu jevapora. Hemm bżonn monitoraġġ serju għax l-effett jintilef".
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home