Wednesday, October 19, 2016

“Baġit ġeneruż għax kellu minn fejn jagħti” - l-ekonomista Karm Farrugia

"Dan hu baġit ġeneruż. Qassam għax kellu minn fejn jagħti. Wara baġit bħal dan bilfors tħossok tajjeb. Qatt ma bsart din il-kunfidenza li għandu Edward Scicluna. Kien baġit li mar lil hinn ħafna minn dak li kont qed nistenna".
Dan sostnieh ma' Inewsmalta l-ekonomista Karm Farrugia meta kien kuntattjat biex jagħti r-reazzjoni tiegħu għall-baġit li ġie ppreżentat nhar it-Tnejn. Farrugia enfasizza li " kieku kien fadal sena biss għall-elezzjoni, kont ngħid li dan hu baġħit tal-elezzjoni. Imma s-sitwazzjoni mhix hekk għax għall-elezzjoni fadal baġit ieħor. Ngħid bla tlaqlieq li l-Ministru Scicluna jaf x'inhu jagħmel. Dan il-baġit qed iqassam mill-flus li għandu l-Gvern u mhux qed jissellef biex jagħti. Qed iqassam għax għandu minn fejn". 
Karm Farrugia jgħidilna li "jien qatt ma ngħid li ngħata biżżejjed għal dawk vulnerabbli. Inħoss li meta l-ekonomija tikber għandu tqassajm lil dawk fil-bżonn kif sar issa. Edward Scicluna, hu ministru li mhux qed jagħmel l-affarijiet għal issa, imma qed iħares għat-tul. Kieku m'għandux il-problema tal-iżbilanċ finanzjarju, kieku kien jagħti iżjed.   Dan il-baġit għoġobni ħafna għax qed jagħti lil min għandu verament bżonn". 
Karm Farrugia jitkellem dwar il-faqar ujgħid li "l-faqar bħal prostituzzjoni. Dejjem se jibqa' hawn. Illum għandna ħafna faqar relattiv.  Meta jispiċċa l-faqar assolut, ikun hemm il-faqar relattiv u dan xi drabu hu agħar mill-faqar assolut. Naħseb li kieku seta' l-Ministru sparixxa d-deficit li issa se jinżel għal 0.5 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross.  Biss kieku għamel hekk kiek ikun għas-spejjeż ta' investiment. Rajt li l-Ministru kien intelliġenti biżżejjed u għażel li jimxfi ftit ftit. Għażel li jnaqqsu u mhux jeliminah."

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home