Il-Maċina se tinbidel f'guest house u restorant
Il-binja storika tal-Maċina fix-xatt tal-Isla, binja li llum hemm partijiet minnha bi ħsarat kbar minħabba li issa ilha mitluqa għal ammont ta' snin, se terġa' tibda titgawda mill-pubbliku inġenerali. Dan hekk kif l-Awtorità għall-Ippjanar approvat l-applikazzjoni biex il-Maċina tinbidel f'guest house ta' 20 kamra tas-sodda. Ma' dawn se jkun hemm ristorant, pixxina u ristorant ieħor fuq is-saqaf. Il-pubbiku se jibqa' jkollu aċċess bla restrizzjoni bejn it-8.00 ta' filgħodu u l-11.00 ta' bil-lejl għall-parti ta' fuq nett. Il-permess approvat hu għal żvilupp tat-tlett sulari li għandha l-Maċina. Fis-sular t'isfel nett li jiġi mal-livell ta' triq se jkun hemm ristorant, kafeterija, ir-reception tal-guest house u pixxina fil-magħluq. Fl-ewwel sular se jkun hemm tmien kmamar u żona fejn jirrilassaw dawk li jkunu residenti fil-guest house.
Fit-tieni sular mistenni jkun hemm 12-il kamra tas-sodda għar-residenti u żona fejn jittieħed il-kolazzjon. Fit-tielet sular se jkun hemm ristornat ieħor, b'imwejjed u siġġijiet fil-beraħ. Se jkun hemm ukoll pixxina. B'kollox din l-applikazzjoni se tuża spazju ta' 640 metru kwadru. Il-Maċina kienet inbniet mill-Ordni ta' San Ġwann, fejn permezz tagħha kienet issir il-manutenzjoni fuq l-arbli tax-xwieni. L-imħażen li hemm kienu magħrufin bħala l-"Arsenale de Vascelli".
Dan l-iżvilupp mhux biss mistenni jagħti ħajja ġdida lil din il-binja storika imma mistenni jgħin ukoll jagħti kontribut fir-riġenerazzjoni tax-xatt tal-Isla. Pannelli solari fuq it-trattament tal-impjant tad-drenaġġ f'Għawdex Intant l-Awtorità tal-Ippjanar approvat ukoll applikazzjoni biex fuq l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex ikun hemm pannelli solari. B'kollox se jkun hemm 1,600 metru kwadru. Il-pannelli se jkunu inklinati b'10 gradi u dan għax l-istudji qed juru li meta jkunu hemm l-effiċjenza tagħhjom titjieb b'6 fil-mija, waqt li tgħin lill-istess pannelli biex inaqqsu t-trabijiet fuq l-istess pannelli. Intqal li l-inklinazzjoni ta' 10 fil-mija mhix se tħalli impatt viżiv.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home