Sunday, October 23, 2016

Fejn l-aktar li għandek ċans taqla' ċitazzjoni?
    •    ... Ħal Qormi, San Pawl il-Baħar, San Ġwann u l-Mosta


Ċerti postijiet saru magħrufin li fihom ikun hemm xi gwardjan lokali jew pulizija eżatt kif iddur xi kantuniera, li xogħlhom hu biex jinfurzaw il-liġi. Forsi mistoqsija f'moħħ ħafna sewwieqa hi dwar liema huma l-lokalitajiet li fihom għandek l-akbar riskju li taqla' ċitazzjoni. Intefa' dawl dwar dan fil-Parlament, fejn Ħal Qormi, il-Mosta, San Pawl il-Baħar u San Ġwann huma l-aktar lokalitajiet li fihom jingħataw ċitazzjonijiet. 
F'Ħal Qormi bejn Ottubru tas-sena li għaddiet u Settembru ta' din is-sena ingħataw 6,636 ċitazzjoni b'valur ta' kważi €200,000. Wara kien San Pawl il-Baħar b'5,284 ċitazzjoni u b'total ta' kważi €155,000, San Ġwann b'4,915 ċitazzjoni b'valur ta' kważi €145,000.  Issegwi l-Mosta b'4,650 ċitazzjoni b'valur b'€140,000.  
Dan ifisser li f'Ħal Qormi ingħataw medja 553 ċitazzjoni fix-xahar,  fil-Mosta 387 ċitazzjoni fix-xahar u San Pawl il-Baħar u San Ġwann b'440 u 409 ċitazzjoni rispettivament.

San Ġiljan hu l-post li fih jingħataw l-inqas ċitazzjoni fejn f'sena ingħataw biss 522 ċitazzjoni jew 43 ċitazzjoni fix-xahar.
Minn Mistoqsija Parlamentari li saret mid-Deputat Nazzjonalista David Agius, il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonniċi fir-risposta tiegħu qal li bejn Ottubru tas-sena li għaddiet u Settembru ta' din is-sena ingħataw 109,637 ċitazzjoni b'valur ta' €3.2 miljun. Il-kunsilli lokali jieħdu kummissjoni ta' 10% fuq dawn iċ-ċitazzjonijiet.


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home