Sunday, October 23, 2016


Il-Belt titlef lill-''Iskarpan''

    •    Il-ħanut ta' Toni Barbara magħruf bħala l-''Iskarpan'' ma kienx biss ħanut tipiku li fih jissewwew iż-żraben. Ħanut li hu attrazzjoni minnu nfih bil-mod kif kien armat b'għodda antiki fit-tiswija taż-żraben. Il-ħanut imma kien qisu post soċjali fejn beltin jiltaqgħu hemm u jgħidu kelma. Xi drabi kienu jmorru fil-ħanut ħbieb antiki ta' Toni.  Dan il-ħanut tipiku fl-aħħar jiem kien magħluq. Toni ħallina fl-aħħar jiem, fejn għal diversi Beltin il-ħanut tiegħu hu meqjus 'ikona' tal-Belt Valletta.


Ftit aktar minn sena ilu, il-ġurnalist Claudio Coleiro kien żar lil Toni fil-ħanut tiegħu. Dak inhar Toni kien qalilna li kien ilu 53 sena jaħdem fiż-żraben. Beda f’din il-ħidma fl-età ta’ 14-il sena wara li ddeċieda li jieqaf mill-iskola u jintefa' b’ruħu u ġismu biss fuq dan ix-xogħol.

Toni kien qalilna li  “ma ridtx inkompli bl-iskola u ridt li nintefa' b’ruħi u ġismi għax-xogħol. Madankollu jiddispjaċini ħafna li waqaft. Min jipprova jagħmel bħali jkun qed jiżbalja.”

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home