"Lanqas nista' nemmen … inħares lejn ir-ritratti tiegħek u naħseb li hi ħolma"
•
"Għadni lanqas nista' nemmen kuġin. Inħares lejn ir-ritratti tiegħek u naħseb li din hi ħolma. Kemm ħallejtna żgħir. Għandi ħafna memorji tiegħek. Kemm konna nilagħbu flimkien u kemm konna nitkellmu fuq l-aktar ħaġa li kont tħobb int - qiegħ il-baħar. Bla kliem". Dan kien il-messaġġ li għamel Gilbert Casha, kuġin ta' Ludovick Casha, bugħaddasa u missier ta' sebgħa u għoxrin sena li jumejn ilu tilef ħajtu traġikament waqt li kien qed jipprattika d-delizzju tiegħu fid-Dwejra. Ludovick kien persuna maħbuba minn ħafna, fosthom il-komunità ta' bugħaddasa li spiss kienu jirrikorru lejh għal xi pariri.
Il-Federazzjoni ta' l-Għaqdiet tas-Sajjieda Dilettanti ukoll ikkummentat dwar il-mewt tiegħu u qalet li "Ludovick ma kienx jiddejaq jagħti pariri anke lill-kompetituri diretti tiegħu u ta’ dan se jibqa mfakkar bħala ambaxxatur li dejjem kien jippromwovi dan l-isport f’Malta filwaqt li żamm l-umiltá tiegħu." Tgħid li "Ludovick kien ikkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa għaddasa fil-kategorija Apnea, fejn l-għaddasa jinżlu fil-qiegħ tal-baħar mingħajr ebda għajnuna respiratorja. Il-kapaċità ta’ dan iż-żagħżugħ waslitu biex anke jirrappreżenta lil Malta fuq livell internazzjonali . Fis-sena 2015 kien l-unika għaddas professjonali Malti li ntgħażel mill-ikbar kumpanija tal-għadds biex jirrapreżentahom.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home