"L-arti mhix monopolju tal-Maltin… komunitajiet barranin għandhom dritt jipparteċipaw"
- il-Ministru Owen Bonniċi
Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Kultura, Owen Bonniċ,i fl-intervent tiegħu fil-Parlament dwar l-abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Arti enfasizza l-bżonn li kommunitajiet barranin f'pajjiżna, anki dawk li għaddew minn perjodu diffiċli għandhom jipparteċipaw fl-espressjoni artistika ta' pajjiżna. Hu ddikjara li l-arti mhix monopolju tal-Maltin biss u li l-kommunitajiet barranin għandhom dritt jipparteċipaw.Hu qal li b'dan l-abbozz fil-Kunsill għall-Arti se jkun hemm obbligu bil-liġi li jkun hemm membri tal-għaqdiet non governattivi. Fit-tfassil ta' gruppi speċjalizzati se nagħtu ċans lill-artisti li jkunu speċjalizzati. Tenna li l-kunsill se jimplimenta sitt strateġiji fosthom żvilupp ibbażat fuq l-għerf kulturali u kreattiv u t-tieni strateġija hi dik tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Artist veru li jitwieled hekk iżda jrid jitħarreġ. It-tielet strateġija hi dik ta' ġbir ta' informazzjoni u data - din tfisser li jkollok l-informazzjoni fejn tidħol id-dispożizzjoni kulturali. Ir-raba' strateġija hi l-iżvilupp fin-negozju u investiment.
Il-Ministru Bonniċi saħaq li "l-ħames strateġija hi diversità u kommunitajiet. Id-diversità hi waħda mill-kapitali tal-Kunsill Malti għal-Arti. Kull min qed f'pajjiżna għandu sehem fil-kultura u mhux il-Maltin biss. Kulmin jgħix f'pajjiżna kemm min qiegħed hawn turista, kif ukoll għal raġunijiet oħra, jistgħu jipparteċipaw fl-arti. L-arti mhix monopolju tal-Maltin f'Malta. L-artist għandu jinfetaħ, kemm ma' nies distinti u anki ma nies li ġejjin minn sfond umli u ta' diffikultà. L-arti hi prodott ta' dak li tgħaddi minnu fil-ħajja. Kull komunità għandha d-dritt li tipparteċipa fl-espressjoni artistika ta' pajjiżna. Is-sitt strateġija hi l-internalizazzjoni. Din hi kruċjali għax jekk irridu li Malta tkun relevanti fuq il-mappa, is-settur kulturali hu l-aqwa ċavetta li juri dak li Malta verament hi".
Il-Ministru Owen Bonnici semma' li xejn inqas minn 5 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku ta' pajjiżna ġej mis-settur kulturali. Tenna li "b'kollox insibu li 10,000 persuna - qisek qed tgħid il-Fgura kollha kemm hi, jaħdmu fis-settur kulturali. Fl-aħħar sentejn tajna għajnuna lil 179 proġett fejn b'kollox tajna kważi €800,000 li ngħataw lil artisti direttament. Dawn huma kollha flus biex is-settur artistiku jmur 'l quddiem", sostna l-Ministru Bonniċi.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home