Saturday, January 31, 2015

Hussin Musrati - ritratt inewsmalta.com


"Li l-ISIS tinsab fi Tripli qiegħda f'moħħkom"
     - ix-Charge d'Affaires, Hussin Musrati



Ix-Charge d'Affaires Libjan, Hussin Musrati, li jirrappreżenta l-gvern Libjan fi Tripli u mhux dak li hu rikonoxxut minn Nazzjonijiet Uniti li jinsab f'Tobruk, meta mistoqsi b'mod dirett minn dwar jekk Tripli hix ħielsa mill-estremisti tal-Istat Iżlamiku (ISIS), hu ddikjara li "din li l-ISIS tinsab fil-Libja qiegħda f'moħħ il-midja Maltija".  Hu ddikjara li kif il-medja Maltija  minn hawn (minn Malta) tista' tara u tkun taf x'qed jiġri fil-Libja u fi Tripli.
'Għandkom idea żbaljata li hemm l-ISIS.  Ma nafx minn fejn iġġibu l-informazzjoni. Aħna pajjiż Islamiku. Aħna musulmani u nirrispettaw lil ħaddiehor". Jiddikjara li l-estremisti issibhom kullimkien kif kien hemm fi Franza.  Ma naqasx li jirreferi ukoll għal dak li ġara fl-elezzjoni fil-Greċja.
Id-dikjarazzjoni ta' Musrati fuq l-ISIS, li saret waqt konferenza stampa li hu għamel ilbieraħ, ma kinitx sorpriża, u dan hekk kif qed jidher biċ-ċar li hu qed ikompli fuq l-istess pożizzjoni u dikjarazzjonijiet li kienu qed isiru mill-kap tal-gvern fi Tripli Omar al Hassi fejn dan dejjem ċaħad il-preżenza ta' membri tal-Istat Iżlamiku (ISIS) fil-Libja.  Fil-fatt hu kien iddeskriva lil Ansar al Sharia - grupp terroristiku internazzjonali bħala 'sempliċi' u 'amikevoli'.
Quddiem dikjarazzjoni anki ta' persuni barranin li raw bnadar tal-ISIS jittajru fi Tripli u f'żoni oħra fil-Libja, il-mistoqsija li tqum hi x'inhi r-raġuni wara din iċ-ċaħda.
Eks diplomatiku li aċċetta li jitkellem ma' L-ORIZZONT bil-kundizzjoni li ma nsemmuhx, qalilna li "id-dikjarazzjonijiet kollha li saru  minn uffiċjali tal-gvern fi Tripli dejjem ċaħdu li hemm l-ISIS fil-Libja u fi Tripli. Dejjem ċaħduha b'mod kategoriku.  Anke Mohamed Bayou, li hu l-konsulent politiku tal-gvern tal-Gvern fi Tripli, ukoll dejjem jiċħad il-preżenza tal-ISIS fi Tripli. Dan isir bi skop - huma jaraw lil Ġeneral Hafter bħala wieħed mill-għadu ewlieni tagħhom".
L-istess eks diplomatiku jgħidilna li "fuq l-attakk li sar fuq il-lukanda Corinthia, il-gvern ta' Tripli qed jipponta subgħajh lejn persuni leali lejn ir-reġim ta' Gaddafi li qed jaħdmu għal General Hafter.  Wieħed ma jridx jinsab li Hafter kien qed imexxi kampanja militari kontra l-militanti Iżlamiċi f'isem il-gvern ta' Tobruk.  Il-gvern fi Tripli qed jimxi fuq l-istrateġija li dak li hu l-għadu tal-għadu tagħhom mhu ħadd ħlief il-ħabib tagħhom. Huma qed jaraw ukoll li jekk jirrikonoxxu l-eżistenza ta' gruppi bħal dak tal-Istat Iżlamiku (ISIS) iwassal biex isaħħaħ il-pożizzjoni tal-armata u tal-istess Ġeneral Hafter".

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home