Friday, January 30, 2015


'Obbligu morali tas-soċjeta Maltija li
tintegra ma' kulturi oħra'.......prosit lil Dr. Herrera

Il-klima ta' madwarna b'mod partikolari fl-aħħar ġimgħat, kompliet b'messaġġi razzisti u ta' mibgħeda fuq is-sit soċjali. Bejn l-avvenimenti li seħħew f'Pariġi, l-atroċitajiet tal-ISIS u l-wasliet ta' immigranti f'pajjiżna u l-Italja, messaġġi simili komplew jimlew is-siti soċjali, minkejja li qed tinkiser il-liġi sfaċċatament.
Quddiem dan wieħed ma setax ma jammirax dikjarazzjoni tas-Segretarju Parlamentari Jose Herrera fejn waqt li żar klassi li fiha immigranti Afrikani kienu qed jitħarrġu fuq il-kompjuters, iddikjara li hu obbligu morali tas-soċjeta Maltija li tintegra ma' kulturi oħra. Semma' ukoll il-bżonn li l-pajjiż jeduka lill-immigranti fuq l-istorja u l-identità Maltija. Suġġeriment li nittamaw li jiġi milqugħ.  Wieħed jammirah għax quddiem il-klima li hawn, ma ddejjaqx iniggeż ftit lil sezzjonijiet tal-poplu Malti. Seta' qagħad gallarija u ma qal xejn f'dan is-sens. Il-fatt li għamel dik id-dikjarazzjoni, fejn kif mistenni ma kinitx se tintlaqa' b'ċapċip minn xi wħud, turi l-kuraġġ tiegħu. Ma tistax ma tgħidx prosit lil dan is-Segretarju Parlamentari.

Sfortunatament hi dikjarazzjoni li ma tantx ingħatat importanza mill-medja. Sezzjoni li rrappurtat dan kienet inewsmalta.com




0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home