Sunday, February 1, 2015



L-eks Terżorier tal-PN, Peter Darmanin jittama li
'Casaldi Paris ma marx minn ġot-taġen għal ġo n-nar"


L-eks teżorier tal-Partit Nazzjonalista, Peter Darmanin, ftit wara li Ian Castaldi Paris tkellem fil-konferenza ġenerali tal-Partit Laburista, ma naqasx li jgħaddi messaġġ fuq dan.  Peter Darmanin iddikjara li 'ħabib nawguralek dak kollu li tixtieq fil-Partit Laburista u nittama li m'għamiltx il-qabża minn ġot-taġen għal ġo nar. Ħbieb konna u mija nibqgħu Ian".
Għalkemm għal xi wħud tista' titqies bħala sorpriża li Ian Castaldi Paris li sa ftit snin ilu kien jimmilita fil-Partit Nazzjonalista, jispiċċa jingħaqad mal-Partit Laburista u jindirizza l-konferenza ġenerali. Titqies sorpriża għaliex dan sar fi żmien meta l-Partit Nazzjonalista qiegħed fl-Oppożizzjoni u li l-istess Partit Nazzjonalista fl-aħħar ġimgħat kien qed jitkellem fuq tiġdid u li jrid jisma' lil kulħadd.
Intant Ian Castaldi Paris,  fl-indirizz tiegħu lid-delegati Laburisti qal li jrid ikun man-naħa ta' min jemmen fil-verità u fl-onestà. Żied jgħid li qabel kien f'partit li malli jkollu l-maġġoranza tan-nies warajh, isir arroganti, trux u mkabbar. Iddeskrivieh bħala partit li jużak u jarmik.
  Tenna li  “irrid inkun man-naħa ta' min jemmen fil-verità u fl-onestà. Irrid inkun f'moviment li veru għandu l-bibien miftuġin għal kulhadd. Moviment b'mexxej li għandu direzzjoni u viżjoni, mexxej onest u determinat li jġib l-interss tal-pajjiż u tal-familji qabel kollox.”


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home