Fl-ewwel tlett xhur kważi
500 immigrant mietu fil-Mediterran
Fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena, kważi 500 immigrant sabu l-qabar tagħhom fil-baħar Mediterran, fil-vjaġġ li jkunu qed jagħmlu mil-Libja lejn l-Ewropa. Dan l-ammont ta' imwiet hu madwar 10 darbiet aktar minn kemm kienu mietu immigranti fl-ewwel tlett xhur tas-sena li għaddiet. Minn statistika li qed nħarġet mill-International Organisation of Migration (IOM), joħroġ li bejn Jannar u Marzu ta' din is-sena fl-ibħra bejn il-Libja u l-Ewropa għerqu 486 immigrant. Dan meta fl-ewwel tlett xhur tas-sena li għaddiet kienu għerqu 46 immigrant.
Dawn l-ammonti ta' imwiet qed joħolqu tħassib fost għadd ta' rappreżentanti ta' għaqdiet governattivi li jekk titkompla din ir-rata, l-imwiet ta' immigranti matul din is-sena ikun ferm aktar minn dawk tas-sena l-oħra - sena li kellha rekord ta' imwiet ta' immigranti. Is-sena li għaddiet mietu 3,419 immigrant.
Flavio di Giacomo, kelliem għall-IOM jiddikjara li hu impossibbli li wieħed jgħid b'mod definit x'ikkawża din iż-żieda fl-immigranti li għerqu. Ma jonqosx li jirrimarka li l-waqfiet tal-operazzjoni Mare Nostrum mit-Taljani ħalliet vojt kbir. Fis-sena 2014, kienu ġew salvati 170,000 immigrant, fejn madwar nofshom kienu ġew salvati mill-qawwa navali Taljana permezz ta' Mare Nostrum. Il-bastimenti militari kienu kapaċi jsalvaw mijiet ta' immigratni, ituhom trattament mediku u anke kienu kapaċi jdumu aktar fuq il-baħar. Mindu waqfet l-operazzjonijiet qed isiru minn bastimenti ferm iżgħar.
Matteo de Bellis, riċerkatur fuq l-immigrazzjoni lejn l-Ewropa għal Amnesty International jgħid li "ninsabu imħassbin. Hemm ħafna immigranti li jinsabu lesti li jagħmlu l-vjaġġ perikoluż. Mill-banda l-oħra m'hemmx riżorsi biex isir il-monitoraġġ u salvataġġ. Meta tirċievi SOS minn dgħajsali tkun f'diffikulta, tagħmel differenza kbira li għandek bastiment li hu sagħtejn biss bogħod u iehor li jinsab 15-il siegħa bogħod".
Intant f'Mejju li ġej hu mistenni li l-Unjoni Ewropea tħabbar riforma sħiħa fil-politika ta' migrazzjoni. Amnesty International qed tittama li din twassal biex finalment ikun hemm operazzjoni ta' salvataġġ li tkun finanzjata mill-Istati kollha Ewropej. Matteo de Bellis dwar dan jiddikjara li "hemm bżonn li wieħed jagħmel il-prijoritajiet ċari fosthom dawk ta' salvataġġ. Jekk ma jsirx hekk, dan is-sajf l-imwiet ta' immigranti se jkunu bħal tas-sena li għaddiet jew saħansitra aktar", issostni Matteo de Bellis. Minn L-ORIZZONT
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home