F'hiex fakkarna Renzi......meta
jħalluk abbandunat u waħdek fl-Etjopja
Iz-zjara ta' Renzi f'Malta fakkritni f'xi ħaġa li ġrat ftit aktar minn sentejn ilu, ezattament f'Novembru 2012. Tmur l-Etjopja tadotta. Kollox ikun sew u bid-dokumenti kollha u ssib ħajt ma wiċċek ftit sigħat wara li tibda l-proceduri. Titkellem mal-awtoritajiet Maltin u jibdew jgħinuk. Thossok li m'intix wahdek. Dakinhar anki l-ministru responsabbli li kien Chris Said, fl-ewwel kuntatti deher li se jghin. F'daqqa waħda iżda din l-għajnuna sparixxiet. Lanqas kuntatt ma stajna naghmlu mieghu. Jghaddu l-jiem u tispicca wahdek totalment. Tiggieled kemm tiggieled, u titla kemm titla' qrati tibqa bla deciżjoni, u bla raguni ghaliex il-process wieqaf. Insibu li lanqas l-ambaxxatur ma kellna akkreditat ghal hekk minkejja relazzjonijiet mal-Etjopja. Xahar ta' tħabit, izda finalment ikollok titlaq.
Tibqa' tiggieled is-soru wahedha u finalment tirbaħ il-każ. Id-differenza tohrog ma' kif agixxa Renzi f'kaz simili li sehh warajna - koppji Taljani fil-Kongo marru ghal adozzjoni u waqqfuhom. Il-gvern Taljan dakinhar dahal b'ruhu u gismu fil-kwistjoni. Kif isolviha u ssir l-adozzjoni Renzi jikteb 'benvenutiacasa'
Nhar it-Tnejn li ghadda Victoria u Craig ghalqu sentejn f'Malta. L-istorja taghhom u taghna ma kinitx facli u lbierah l-prezenza ta' Matteo Renzi fakkritni fi storja ohra.
Mejju 2014- Matteo Renzi baghat ajruplan tal-Istat biex jigbor 31 tifel u tifla li kienu gew adottati minn familji Taljani u li nzammew gewwa r-Repubblika Demokratika tal-Congo. L-awtoritajiet tal-Congo kien issospenda l-adozzjonijiet internazzjonali u 24 koppja Taljana ma setghux igibu t-tfal taghhom. Renzi baghat ministru u delegazzjoni l-Afrika biex jghinu f'din is-sitwazzjoni. Meta kienu gejjin it-tfal Renzi baghat tweet li kienet tghid #benvenutiacasa
Novembru 2012 - Morna l-Etjopja fejn l-awtoritajiet ma ridux johorgu rakkomandazzjoni
ghall-adozzjoni peress li Malta m'ghandhiex rapprezentanza diplomatika
fil-pajjiz. Ghamilna tlett gimghat ta' telefonati, kuntatti u tkarrabna
biex xi hadd f'pajjizna u minn hutna Maltin jipprova jghin imma gejna
lura Malta minghajr it-tfal. Mhux ser insemmi nies b'isimhom pero wahda
mir-risposti li hadna f'dan iz-zmien difficli minn persuna li setghet
ghamlet hafna aktar kienet hard luck Mrs Vella. Skuza ohra kienet li
l-komunikazzjoni lejn l-Etjopja kienet difficli. Imbaghad t-telefonati
waqfu jitwiegbu u hemm kien meta ndunajna li l-istat taghna ma kienx ser
jaghmel pass ta' nemlu biex jghinna ngibu t-tfal.
April 2013- Victoria u Craig gew Malta ghax Soru Maltija f'nofs pajjiz Afrikan bla rizorsi u ragel bla skola ma qatghux qalbhom minna u ggieldu biex dawn it-tfal jigu Malta. Sadanittant l-ebda tifel jew tifla ohra ma gew adottati mill-Etjopja minhabba diversi ragunijiet.
April 2013- Victoria u Craig gew Malta ghax Soru Maltija f'nofs pajjiz Afrikan bla rizorsi u ragel bla skola ma qatghux qalbhom minna u ggieldu biex dawn it-tfal jigu Malta. Sadanittant l-ebda tifel jew tifla ohra ma gew adottati mill-Etjopja minhabba diversi ragunijiet.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home