Saturday, April 4, 2015

Patching ftit jiem qabel l-elezzjoni f'toroq li ma ġewx asfaltati fil-Mosta, liema toroq ilhom snin ma jiġu asfaltati


Ir-rapport dwar toroq fil-Mosta li sar minn kumpanija tar-raġel tas-Sindku….

Tal-Gvern Lokali ma
kienux infurmati



Il-kwistjoni dwar il-każ ta' rapport li l-Kunsill Lokali tal-Mosta ippreżena f'talba li għamel lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali għal irranġar ta' toroq, liema rapport sar minn kumpanija tar-raġel tas-Sindku tal-Mosta, qed tieħu żvolta ġdida.  Dan hekk kif id-Dipartiment tal-Gvern Lokali ikkonferma ma' L-ORIZZONT li huma bħala dipartiment ma kinux infurmati u ma kellhom ebda ħjiel li dak ir-rapport dwar it-toroq kien sar minn kumpanija mmexxija mir-raġel tas-sindku  u li l-istess sindku għandha l-ishma fiha. Mhux hekk biss iżda l-istess Direttur tal-Gvern Lokali qalilna li fl-opinjoni tiegħu kemm is-Segretarju Eżekuttiv kif ukoll il-kunsill lokali kollu kellu jkun infurmat b'kull dettal.  Dan ifisser li dawn kellhom ikunu infurmati li l-kumpanija li għamlet ir-rapport kienet tar-raġel tas-Sindku u li l-istess sindku kellha l-ishma fiha.
L-ORIZZONT staqsa lill-Kap tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali, Carmel Abela dwar il-każ tar-rapport dwar it-toroq fil-Mosta.  Staqsejna lid-dipartiment jekk jirrakkomandax dak li sar mis-sindku tal-Mosta fejn użat kumpanija tar-raġel tagħha u li hi għandha sehem fiha biex sar rapport dwar it-toroq,
Carmel Abela qalilna li "nirreferi għall-Artiklu 80 tal-Kap 363 Att dwar il-Kunsilli Lokali fejn jistipula l-funzjoni ta’ Direttur, fost oħrajn li jiffaċilità l-funzjonament effettiv u effiċjenti tal-Kunsilli Lokali b’rispett sħiħ għall-awtonomija mogħtija lilu mill-Kunsilli Lokali b’dan l-Att.  Għaldaqstant, kull prassi użata fil-Kunsilli Lokali għandha tirrifletti dak li jingħad fil-liġi u fil-Kodiċi ta’ Etika".
Staqsejnieh jekk jarax li l-mod kif saru l-affarijiet mis-Sindku tal-Mosta jikkostittwix kunflitt ta' interess u dan peress li s-Sindku għandha l-ishma hi stess fil-kumpanija li għażlet biex għamlet ir-rapport.
Dwar dan Carmel Abela qalilna li "il-Kodiċi ta' Etika u nikkwota artiklu 11 li jgħid li r-rappreżentanti eletti għandhom joqogħdu lura minn kull diskussjoni jew vot f’xi kwistjoni li fiha huma għandhom xi interes personali dirett jew indirett. Artiklu 18  dwar salvagward ta’ ċerti karigi jgħid li fil-qadi ta’ dmirijiethom, ir-rappreżentanti eletti m’għandhomx jieħdu miżuri li jippermettulhom li jkollhom vantaġġ personali fil-futur meta ma jibqgħux fil-kariga tagħhom – f’entitajiet privati li fuqhom kienu jeżerċitaw spezzjoni waqt il-qadi ta’ dmirijiethom – f'entitajiet privati li magħhom ikunu stabbilixxew relazzjoni kuntrattwali waqt il-qadi ta’ dmirijiethom".
Hu kompla jgħid li "l-Att tal-Kunsill Lokali jitkellem fuq inteess pekunjarju fejn jingħad li  "ikun id-dmir ta’ kull kunsillier li jkollu xi nteress pekunjarju, dirett jew indirett, f’xi kuntratt jew f’xi proposta ta’ kuntratt jew ħaġ’oħra u jkun preżenti f’xi laqgħa tal-Kunsill li fiha dak il-kuntratt, proposta ta’ kuntratt jew ħaġ’oħra tkun, jew tkun waslet biex tkun, kunsidrata, li jiddikjara bil-miftuħ fil-laqgħa u kemm jista’ jkun malajr wara li tkun bdiet l-interess tiegħu. Dan m’għandux jippresjedi jew jieħu sehem fil-konsiderazzjoni jew fid-diskussjoni ta’, jew jivvota fuq xi mistoqsija dwar, dak il-kuntratt jew proposta ta’ kuntratt jew ħaġ’oħra. Kemm-il darba l-kuntratt jew proposta ta’ kuntratt jew ħaġ’oħra ma tkunx qed tiġi kunsidrata mill-Kunsill biss bħala parti minn rapport ta’ kumitat jew ta’ sottokumitat tiegħu u ma tkunx hi s-suġġett ta’ dibattitu separat, dan għandu jirtira mil-laqgħa fil-waqt li l-kwistjoni tkun qed tiġi kunsidrata. Ikun id-dmir ta’ kull Kunsill li jirreġistra fil-minuti ta’ laqgħa partikolaritajiet ta’ dikjarazzjoni bil-miftuħ li ssir f’dik il-laqgħa taħt is-subartikolu (1) u ta’ kull irtir mil-laqgħa li jsir wara. Kull persuna li xjentement taġixxi bi ksur tas-subartikolu (1) tkun ħatja ta’ reat u tista’ teħel priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sena jew multa ta’ mhux iżjed minn elfejn u ħames mija (€2,500) jew ħamsin fil-mija tal-kuntratt jew proposta ta’ kuntratt jew ħaġ’oħra, skont liema tkun l-Akbar, jew dik il-multa u priġunerija flimkien, u kull persuna li tinsab ħatja ta’ reat bħal dan ma tibqax kwalifikata li jkollha kariga ta’ kunsillier għal perjodu ta’ ħames snin minn meta tinsab ħatja. Għall-finijiet tas-subartikolu (1) il-kelma "indirett" tinkludi kull interess pekunjarju li kunsillier jista’ jkollu permezz ta’ martu jew żewġha, tal-ulied, ġenituri, aħwa jew permezz ta' xi  kumpannija (li ma tkunx kumpannija pubblika) li hu jew wieħed jew uħud mill-oħrajn imsemmija jkollhom sehem minnha jew permezz ta’ xi kumpannija li hu jew wieħed jew uħud mill-oħrajn ikunu diretturi tagħha".
Staqsejna lill-istess Direttur tal-Gvern Lokali jekk bħala dipartiment kienux infurmati li r-rapport dwar it-toroq fil-Mosta kien sar mill-kumpanija tar-raġel tas-Sindku, liema rapport kien intbagħat lill-istess dipartiment u abbażi tiegħu nħarġu l-fondi.  Id-Direttur qalilna biss li "le" jiġifieri li ma kinux infurmati.
Staqsejnieh ukoll jekk iħossux li kienu żgwidati mill-istess Sindku, fejn għal dan, id-Direttur tal-Gvern Lokali qalilna li "fl-opinjoni tiegħi, f’każijiet simili il-Kunsill Lokali inkluż s-Segretarju Eżekuttiv għandu jkun infurmat b’kull dettal biex eventwalment jgħaddi tali nformazzjoni lid-dipartiment".
Ta' min jgħid li dwar il-każ fil-Parlament ġie dikjarat li kien hemm żgwidar tal-Parlament u dan minħabba li meta ntalab ir-rapport f'mistoqsija Parlamentari, ma ngħatax ir-rapport tas-sena 2012 li sar inn kumpanija tar-raġel tas-sindku iżda ingħata rapport ta' Transport Malta li sar fis-sena 2009.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home