Għall-AFM…..Malta ħadet ir-
Repubblika fl-1972
Fit-13 ta' Diċembru, Malta tiċċelebra Jum ir-Repubblika. Avveniment li jiġi ċċelebrat b'mod nazzjonali kull sena. Imma għall-Forzi Armati ta' Malta (AFM), Malta saret Repubblika fis-sena 1972. Din l-informazzjoni il-Forzi Armati ta' Malta qed ituha fuq is-sit tagħhom afm.gov.mt, f'parti relatata mal-istorja tal-Forzi Armati ta' Malta.
Din l-informazzjoni, ħasdet mhux ftit lil riċerkatur li dan l-aħħar kien qed jagħmel riċerka marbuta mat-Tieni Gwerra Dinjija. Biex tkompli tgħaqad, mad-data tas-sena 1972 fl-istess sit hemm id-data 31 ta' Marzu, bħala dik li fiha Malta saret Repubblika.
'Nittamaw li dan l-iżball jiġi kkoreġut minnufih" sostna l-istess riċerkatur.
minn L-ORIZZONT
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home