L-assi tal-Ministri mpoġġija fil-Parlament…
......min b'depożiti u proprjetà u min bi djun
Fuq il-Mejda tal-Kamra lbieraħ filgħaxija tpoġġiet id-dikjarazzjoni tal-assi tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari, fejn mal-ewwel daqqa t'għajn jispikkaw Ministri b'għadd ta' proprjetajiet u oħrajn bi djun.
Jekk nieħdu d-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat, naraw li dan iddikjara li għandu proprjetà waħda, li hi r-residenza tiegħu, m'għandux bonds jew investimenti oħra f'kumpaniji kummerċjali, u għandu €75,000 f'kontijiet depożitati fil-banek. Hu ddikjara dħul fis-sena 2014 ta' kważi €65,000 li hu s-salarju ta' Prim Ministru.
Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech iddikjara li għandu proprjetà fis-Swieqi u Ħaż-Żebbuġ u għadd ta' bonds u ishma fosthom tal-BOV u MSV Life. Fejn jirrigwarda l-kontijiet bankarji ddikjara li għandu €8,985 depożitati f'banek lokali u €57,448, €74,032 u €20,000 f'banek oħra.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Dr George Vella, iddikjara li għandu tliet proprjetajiet - tnejn fiż-Żejtun u l-oħra f'Wied il-Għajn. F'dawk li huma bonds iddikjara li għandu €198,117 f'bonds tal-gvern u €127,204 f'bonds privati. Iddikjara wkoll li għandu €16,583 depożitati f'kont bankarju.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, iddikjara li għandu proprjetà waħda li kisibha billi ħa self. F'dawk li huma depożiti fil-banek iddikjara li għandu kont mal-APS ta' €270, HSBC Savings ta' €3,005 u kont kurrenti ta' €4,732. Iddikjara ukoll li mill-università ta' Malta daħħal €3,413.
Il-Ministru Leo Brincat iddikjara li għandu proprjetà waħda f'San Ġiljan filwaqt li f'dawk li huma investmenti u bonds iddikjara disa' investimenti fosthom €30,000 fl-MSV Investment Bond Joint Unit Linked.
Il-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi ddikjara li għandu dar waħda u li għandu ukoll il-qabar tal-familja.
Il-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo, iddikjara li fis-sena 2014 kellu dħul ta' €58,000 li hu s-salarju ta' Ministru, il-mara tiegħu kellu dħul ta' €20,000, u daħħal €13,500 minn kera. Hu ddikjara wkoll li għandu €781,200 f'self xi jħallas u qed iħallsu bl-ammont ta' €2,850 fix-xahar. Barra min hekk iddikjara interess f'16-il proprjetà.
Il-Ministru Helena Dalli ddikjarat li għandha żewġ proprjetajiet, waħda f'Wied il-Għajn u l-oħra f'Ħaż-Żabbar. Iddikjarat li għandha interess f'sitt kumpaniji 'trading companies' u f'erba' kumpaniji 'non trading'.
Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna, iddikjara li għandu proprjetà waħda. Fejn jidħol id-dħul għas-sena 2014, jgħid li dan kien jammonta għal €59,022 bħala salarju ta' Ministru, €8,437 ħlasjiet għal lekċers, u €121,051 minn 'dividends' u interessi.
Il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, Konrad Mizzi, iddikjara li għandu proprjetà f'Londra u appartament f'Tas-Sliema. Iddikjara li għandu 4,000 sehem tal-MIA, waqt li l-flus depożitati fil-banek ilaħħqu għal €310,279.
Il-Ministru Michael Farrugia ddikjara sehem f'erba' proprjetajiet u interess f'qabar fl-Addolorata. Iddikjara wkoll diversii investimenti, waqt li d-depożiti huma ta' €9,454 fil-BOV u €10,354 fl-HSBC.
Il-Ministru Owen Bonniċi ddikjara interess fi tliet proprjetajiet. B'rabta mal-lekċers fl-Università ta' Malta, hu kien talab li ma jibqax jitħallas. Iddkjara wkoll li għandu self ta' €62,249, €5,988, u €9,944.
Il-Ministru Edward Zammit Lewis iddikjara interess f'diversi proprjetajiet, u li għandu €45,000 f'bonds tal-gvern u €59,000 depożitati fil-banek. Hu ghandu self ta' €121,000.
Il-Ministru Carmelo Abela ddikjara li s-sena li għaddiet id-dħul tiegħu kien ta' €61,188 bħala kelliem tal-gvern u wara ministru u €9,287 mill-HSBC.
Is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon iddikjara li għandu residenza fl-Iklin u art ta' 2,000 metru kwadru fil-Baħrija. Hu ddikjara ishma fil-Middle Sea u fil-BOV, u f'dawk li huma depożiti jgħid li għandu kont ta' 98,547 Sterlina, €18,505, u ieħor ta' €380,000 li jinkludi s-somma ta' €260,000 ll kien ħa mill-BOV b'rabta ma' rtirar kmieni.
Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg iddikjara li għandu appartament f'Ħad-Dingli li hu r-residenza, żewġ residenzi li se jkunu konvertiti f'residenza u art agrikola. Hu ddikjara self ta' €223,439.
Is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera ddikjara interess fi tmien proprjetajiet. Hu ddikjara kont ta' €174,000 fl-HSBC u €125,000 fil-Banif Bank. Fis-sena 2013 daħħal €61,990 bħala salarju ta' Segretarju Parlamentari, €9,730 f'interessi bankarj u €3,000 minn kera.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne ddikjara depożiti fil-banek ta' €133,837 u f'dawk li huma investimenti ddikjara interess fl-Island Hotels, €51,000 fi stock tal-gvern, €29,590 fil-BOV Lifelink, €8,600 f'HSBC Bonds u €188,250 f'Eurobonds. Minn inewsmalta.com
1 Comments:
Bonġu ħabib tieghi.
Għandek bżonn urġenti ta 'self kummerċjali jew Self Personali?
Int kontinwament nieqes minn flus kontanti minħabba li int imċaħħad minn self mill-bank tiegħek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra minħabba kollateral insuffiċjenti, proporzjon ta 'dejn għal dħul, punteġġ baxx ta' kreditu, rata ta 'imgħax għolja jew kwalunkwe raġuni oħra?
Għajjien bis-sitwazzjoni finanzjarja attwali tiegħek? Għandek bżonn spinta mill-finanzi tiegħek? Int għajjien li dejjem tmur fil-bank jew tistenna s-self tiegħek biex tikseb approvat mill-banek tiegħek jew istitut finanzjarju ieħor? Tixraqilhom soluzzjoni aħjar.
Pinnacle Group Financial hawn b'linja ta 'kreditu li tista' tgħinek issegwi l-għanijiet finanzjarji ġenerali tiegħek.
Ma ’Pinnacle Financial Group, tista’ tikseb self għal biss 3 fil-mija tar-rata tal-imgħax.
Tista 'tissellef sa 10 miljun.
Tista 'tikseb self tal-għażla tiegħek fi instant.
Tista 'Agħżel bejn sena sa 30 sena biex tħallas lura.
Ikollok self kullimkien u f'kull ħin fil-kumdità tiegħek stess.
Aħna nwettqu kull tip ta 'servizzi ta' self, aħna veloċi, affidabbli, ta 'min jafdaha u wkoll approvazzjoni faċli f'inqas minn 24 siegħa.
Applika għal self illum; ikkuntattjana permezz ta ’dan l-indirizz elettroniku biex tkun taf aktar dwar l-offerta tas-self tagħna:
Email: pinnaclefinancegroupinc@gmail.com
Sincerament
Marcus & Millichap
CEO, Pinnacle Financial Group.
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home