Wednesday, June 17, 2015


'Dan mhux każin'….. ….'xogħol artistiku minn familja waħda'


Fost id-dilettanti tal-festi f'Għawdex din id-dar fix-Xewkija hi meqjusa bħala l-aktar dar imżejna u armata għall-festa.  Prattikament il-faċċata ta' din id-dar hi miksija drabb sfumat u mpinġi b'episodji mill-ħajja ta' San Ġwann il-Battista. Għal min jaħseb li dan hu proġett mitmum sejjer żbaljat.

Dan għax il-moħħ wara dan it-tiżjin artistiku Marjohn Hili, għandu ħsieb iehor. Dan hu dak li fadal ħajt li għadu ftit vojt u l-ħsieb hu li sas-sena d-dieħla dan ikun inkesa ukoll.

inewmalta.com, tkellem ma' Marjohn Hili ta' 33 sena, dilettant kbir tal-festa ta' San Ġwann fix-Xewkija.  Staqsejnieh fuq dan it-tiżjin u qalilna li "dak sar kollu minn familja ta' artisti, li għandhom il-kumpanija 'Colomba Flag Makers". Paul Cassar għamilli id-disinn u l-pittura, ommu għamlet il-ħjata, u missieru għamilli it-tfassil u l-isfumar. Bdejt minn gallarija waħda, u mbagħad komplejt inżid. Ħadt tlett snin biex lestejt kolox".

Dwar kif jerfa' dak l-armar wara l-festa, Marjohn Hili jgħidilna li "l-għada tal-festa niġborhom u ndendilhom. Ma nitwihomx biex ma nagħmilx ħsara lill-pittura. Inħallihom imdendlin biex ma jitkemmxux".

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home