Friday, June 12, 2015



Stonatura mas-swar tal-Furjana

Xogħlijiet konnessi mal-bini ta' bażi marittima ġdida f'Hay Wharf għall-Forzi Armati ta' Malta, proġett li se jiswa madwar €5 miljun, qed iqajjem tħassib kbir minħabba l-impatt li dan jidher li se jkollu fuq id-dehra tas-swar fil-Furjana.
Jidher li diġa saru għadd ta' lmenti dwar ix-xogħlijiet b'mod partikolari dwar żewġ binjiet tal-konkrit li għolew sew 'l fuq. Sorsi sostnew li dan il-proġett kellu bżonn ċertu għoli  minħabba li se jkun hemm apparat ġdid biex il-patrol boats ikunu jistgħu jittellgħu l-art u jitniżżlu fil-baħar malajr.  Diversi persuni li għandhom għal qalbhom il-wirt storiku ukoll qed jilmentaw dwar dan b'mod partikolari fis-sit ta' 'Din l-Art Ħelwa'.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home