It-tfigħ ta' fjuri f'Corpus…..kontroversja f'Santa Venera
Il-purċissjonijiet ta' Corpus Christi f'għadd ta' lokalitajiet f'Malta huma sinonimi ma' tfiegħ ta' fjuri mit-toroq minn fejn tkun se tgħaddi l-purċissjoni. Din is-sena iżda, waqt li kollox mexa bħas-soltu f'għadd ta' bliet u rħula, f'Santa Venera nqalgħet kontroversja u dan hekk kif jidher li nħarġu xi ordnijiet biex ma jintefgħu fjuri. Fil-bidu kien hemm min beda jipponta s-swaba lejn s-sindku u oħrajn bdew iwaħħlu fl-Kurja.Kuntattjat minn inewsmalta.com, s-sindku ta' Santa Venera, Stephen Sultana ċaħad li ta' xi ordni biex ma jintefgħux fjuri. Il-kelliem għall-Kurja, Kevin Papagiorcopulo iddikjara ukoll li ma nħarġet ebda ordni mill-Kurja f'dan is-sens.
Resident minn Santa Venera, Charles Scerri, fuq is-sit soċjali tiegħu iddikjara li "l-ordni kienet tal-kappilan Fr Joe Saliba. Lili anke qalli biex it-tapit fil-pjazza, mnejn jgħaddi s-Sagrament, nagħmlu iqsar mis-soltu. Qaluli ukoll li kien hu li talab biex l-iscout's ma jakkumpanjawx il-purċissjoni bil-banda".
Minn naħa tagħha, Amanda Galea qalet li 'ġie deċiż li ma jintefgħux fjuri tul it-triq kollha biex l-attenzjni tibqa' fuq Gesù Ewkaristija". Tentattivi biex naqbdu mal-Kappillan ta' Santa Venera irriżultaw fin-negattiv.
Minn naħa tiegħu, s-Sindku ddikjara li 'niċħad b'mod kategoriku min ivvinta li l-Kunsill Lokali ma tax permess sabiex jintefgħu l-fjuri waqt il-purċissjoni ta' Corpus u spiċċajt fil-mira, u bħas-soltu weħilt jien. Aħna ma nindaħlux fl-affarijiet tal-Kurja!"
L-uniċi fjuri li ntefgħu kienu dawk mt-tfal li għamlu l-Praċett, meta l-purċissjoni waslet fejn l-knisja l-Qadima. Minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home