Ritratt Roger Azzopardi - L-ORIZZONT
Mal-500 persuna 'jipprotestaw' fiż-Żonqor f'attività Nazzjonalista…
L-apoloġija mwegħda ma saritx
…iżolati
Id-dikjarazzjoni li ngħatat 'kelma' mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil lid-Deputat Laburista Marlene Farrugia li hu kien se jagħmel apoloġija għall-proġetti li saru fil-passat mill-Gvern Nazzjonalista u li ħolqu dannu ambjenali, ħolqot stennija fost għadd kbir ta' persuni b'mod partikolari dawk li għandhom għal qalbhom l-ambjent. Iżda id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fil-mixja protesta f'Żonqor, naqas milli jagħmel din l-apoloġija. It-talba ta' din l-apoloġija u l-konferma li se ssir ħarġu meta d-Deputat Laburista Marlene Farrugia indirizzat lill-folla Nazzjonalista u xi barranin li attendew għall-attività li l-Partit Nazzjonalista organizza fiż-Żonqor - attività li l-għan tagħha kien li topponi l-iżvilupp ta' università ġdida fiż-Żonqor.
Ir-reazzjonijiet għal dan in-nuqqas kienu diversi. "Qed jgħid li saru żbalji u li tgħallmu minnhom, imma ebda apoloġija. Verament jemmen li ċertu proġetti għamlu l-ħsara lill-ambjent?", qalilna ambjentalist, li ma naqasx li jirrimarka li fost dawk preżenti kien hemm deputati li kienu vvutaw favur li artijiet barra miż-żona ta' żvilupp jiddaħħlu fiż-żona għall-iżvilupp.
Mal-500 persuna…….iżolati
minn dawk 'ġenwini'
Għall-mixja protesta talbieraħ kien irreklamat li kellhom isiru l-kowċis biex jieħdu n-nies fuq il-post. Minkejja l-pubbliċità li ngħatat għal din l-attività u minkejja li bdiet titmexxa l-kelma li se tattendi id-Deputata Laburista Marlene Farrugia, fuq il-post stajna ngħoddu bejn dawk li għamlu l-mixja u dawk li baqgħu fejn il-pixxina mhux aktar minn 500 persuna.
Fost dawk li attendew kien hemm min beda jirrimarka kif kien ilu snin ma jinżel fiż-żona, waqt li xi wħud bdew jgħidu kemm hemm xatt sabiħ u li qatt ma kienu rawh.
Marlene ma' Portelli, Callus u
uffiċjali tas-sigurtà…..bewsa mill-Kap
Id-Deputat Laburista Marlene Farrugia kienet fuq il-post għal ftit ħin sew qabel l-attività. Hi dehret imdawra minn xi persuni fil-ġenb tal-pixxina, fil-preżenza tad-Deputat Nazzjonalista Marthese Portelli u d-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus. Kien hemm ukoll għadd ta' uffiċjali ta' sigurtà.
Hekk kif wasal il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, spikkat il-bewsa mingħandu lil Marlene Farrugia, fejn minn hemm hi akkumpanjat lil Kap Nazzjonalista fil-mixja.
Fil-mixja iżolati……dawk
ġenwini ma attendewx
Din il-mixja kienet karatterizzata minn nuqqas ta' dawk li għandhom riservi jew qed joġġezzjonaw għall-iżvilupp ta' università ġdida fiż-Żonqor. Filfatt ħafna minn dawk membri minn għaqdiet li esprimew nuqqas ta' qbil ma' dehrux fil-mixja. Fil-mixja iżda kien hemm xi persuni barranin li attendew.
Fost dawk preżenti, spikkaw tmien deputati tal-Oppożizzjoni li stonaw bil-kbir. F'din l-attività li l-għan tagħha kien li jintwera n-nuqqas ta' qbil fuq żvilupp f'żona barra l-iżvilupp, attendew tmien deputati li disa' snin ilu fil-Parlament ivvutaw biex artijiet kbar li kienu f'żoni barra l-iżvilupp jitneħħew minn din il-kategorija u spiċċaw saru tajbin għal bini.
Id-deputati Nazzjonalisti li f'Lulju tas-sena 2006 ivvutaw favur li artijiet barra miż-żona ta' żvilupp isiru tajbin għal bini u li attendew għal mixja tal-Partit Nazzjonalista kienu David Agius, Jason Azzopardi, Joseph Cassar, Tonio Fenech, Francis Zammit Dimech, Clyde Puli, Mario Galea u George Pullicino. Apparti dan, Francis Zammit Dimech kien dak li l-Ministeru tiegħu kien indika iż-Żonqor bħala wieħed mill-postijiet li fihom setgħet issir miżbla.
'Malta l-ewwel u qabel kollox'….
…min jaf kemm kantajt 'Is-sbejħa Patrija tal-PN"
- id-Deputata Laburista Marlene Farrugia
Id-Deputata Laburista Marlene Farrugia, waqt li indirizzat lil dawk preżenti iddikjarat li ommha mindu kienet żgħira għallmitha li "Malta l-ewwel u qabel kollox', ma naqsitx li tiddikjara min jaf kemm il-darba kantat l-Innu tal-Partit Nazzjonalista.
“Qiegħda hawn għax Maltija u nħobb lil Malta. Il-wirt naturali, għandu jitgawda mill-ġenerazzjonijiet preżenti u dawk futuri. Jien mhux kontra l-investiment" żiedet id-deputata Laburista iżda dan m’għandux issir b’detriment għall-ambjent. "Żvilupp ta’ dan it-tip fuq art verġni ineżża lill-Malta u Għawdex mill-identitá Maltija" żiedet Farrugia.
Hi spjegat ukoll li meta l-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil stedinha għall-attività hi talbitu li jkun leali lejn Malta mhux mill-Oppożizzjoni biss imma anki meta jkun fil-gvern. Hi qalet li wegħdha li se jkun leali. Hi semmiet ukoll l-apoloġija għal deċiżjonijiet tal-passat minn gvernijiet Nazzjonalista li ukoll kellha l-wegħdha li se ssir.
Il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil qal li Marlene Farrugia għamlet sfida lill-Partit Nazzjonalista dwar x'se jagħmlu meta jkun fil-gvern. Hu qal li gvernijiet Nazzjonalisti għamlu ħafna ġid lill-pajjiż, imma l-partit jirrikonoxxi li saru l-iżbalji. Qal li "aħna qed nitgħallmu mill-iżbalji, imma Joseph Muscat qed jitgħallem mill-iżbalji biex jagħmel żbalji akbar". Simon Busuttil iddikjara li żoni li jinsabu barra l-iżvilupp għandhom jinżammu ħielsa mill-iżvilupp. Simon Busuttil qal li jekk il-gvern jibqa' jwebbes rasu, il-Partit Nazzjonalista se jkun kostrett jagħmel aktar attivitajiet f'Żonqor.
Waqt l-attività tkellem ukoll bidwi, Wistin Pulis, l-atleta Jane Caruana u żagħżugħ minn Wied il-Għajn, Thomas Bugeja.
'Min veru jħobb l-ambjent ma jagħmlux
ballun politiku"
- Ruben Abela
Intant, kienu diversi dawk l-esponenti li esprimew in-nuqqas ta' qbil ma' kif il-Partit Nazzjonalista qed jitratta dan il-kwistjoni. Fost dawn kien hemm il-perit Ruben Abela, perit li hu magħruf għal kuxjenza ambjentali u favur il-wirt storiku.
Hu qal li "min veru jħobb l-ambjent qatt ma jagħmel ballun politiku minnu. Għalkemm nemmen fil-mirakli u fil-konverżjoni, il-passat urieni li min jitwieled tond ma jmutx kwadru. Minħabba l-mod kif il-Partit Nazzjonalista qed jopponi l-proġett ta' Żonqor u l-proposti fjakki li ħarġu bihom inħoss li hija deċiżjoni għaqlija ta' dawk li se jagħżlu li jżommu l-bogħod minnhom. Nerġa' ntenni li jekk l-argumenti favur il-ħarsien tal-ambjent jiġu ppolitiċizzati se jkun aktar diffiċli li jasal il-messaġġ".
Minn L-ORIZZONT
2 Comments:
Għandek self minn fornitur affidabbli, inti trid tipprovdi l-ammont eżatt li għandek bżonn fil-ħin mingħajr stress? Jekk iva, allura inti fil-direzzjoni t-tajba. Nagħtu self ta 'mill-inqas $ 2,000.00 fil-massimu $ 100,000,000 £, euro. Jekk ikunu interessati, jekk jogħġbok ikkuntattjana via e-mail co.operateloanservice@gmail.com
Noffru-tipi ta 'self li ġejjin u ħafna aktar;
* Self Personali (Self Unsecured)
* Self Business (Self Unsecured)
* Konsolidazzjoni Self
* Kombinazzjoni Loan
* Home Improvement
It-tweġibiet kollha għandhom jintbagħtu lill din l-email co.operateloanservice@gmail.com
Get A Quick Loan With Low Interest.
At Charlie Hughes&Co Loan Company, you get short and long term loan at a low interest rate. We offer different kinds of loan to individuals, businesses or Corporate Enterprises at varied interest rate.
To put in a request, more information regarding rates and to understand our terms and conditions clearly. Contact us by email:
loanmehughesco.org@gmail.com
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home