Wara li rrapportajna... Jitneħħa l-isfreġju mal-kappella ta' San Niklaw fiż-Żejtun
Wara li Inewsmalta.com u L-ORIZZONT ftit ġimgħat ilu ppubblikaw storja b'ritratt li juri sfreġju li kien sar fuq il-Kappella ta' San Niklaw fiż-Żejtun u dan minħabba żebgħa kkulurita mad-dawra tal-bieb, saret investigazzjoni mill-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u saru xogħlijiet ta' rimedju.Fil-fatt, ninsabu infurmati li l-MEPA investigat il-każ u bil-koperazzjoni tas-sidien saru xogħlijiet ta' rimedju skont il-linji gwida mogħtija mid-Diviżjoni tal-Heritage Planning fi ħdan il-MEPA.
Ta' min jgħid li meta nżebgħet il-faċċata ta' din il-kappella Barokka kienu diversi ż-Żwieteni li għandhom għal qalbhom il-wirt storiku fiż-Żejtun li lmentaw dwar dan. Esperti tal-wirt storiku, meta kkummentaw magħna, kienu qalulna li, "Dan mhu xejn għajr sfreġju estetiku. Nittamaw li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu azzjoni immedjata, biex dak li sar jitneħħa minnufih."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home