L-asbestos ħdejn il-'villaġġ tal-immigranti'… studju biex 'forsi jitneħħew'
Il-katusi kbar tal-asbestos li hemm biswit iċ-ċentru miftuħ tal-immigranti f'Ħal Frar, liema katusi ilhom hemm is-snin u donnu ħadd ma kien jaf x'għandu jsir bihom, issa se jkunu parti minn studju bil-għan li forsi tinstab soluzzjoni u jitneħħew minn hemm. Il-problema marbuta mat-tneħħija tagħhom hi fuq diversi fronti fosthom l-ispiża marbuta biex tiddisponi minnhom.Minn informazzjoni li għandna jirriżulta li b'kollox fuq dan is-sit hemm xejn inqas minn 2,000 katusa tal-asbestos imxerrdin f'żona biswit it-triq. Tentattivi li kien hemm fil-passat biex dawn jitneħħew minn hemm ma kinux immaterjalizzaw. Issa se jinbeda studju biex tiġi stabbilita l-vijabbiltà li s-sit inkwistjoni jkun imnaddaf minn dawn il-katusi.
Fi żmien ftit ġimgħat oħra hu mistenni li l-gvern ikollu f'idejh ir-rapport dwar kemm hu vijabbli li s-sit ikun imnaddaf.
Ta' min jgħid li ftit tax-xhur ilu fuq il-post kienu marru għadd ta' Pulizija u sabu li fil-katusi kbar tal-asbestos kienu qed jgħixu diversi immigranti. Minn L-ORIZZONT
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home