Monday, June 1, 2015

“Qtajt l-akbar xewqa ta' ħajti... iltqajt mal-omm li fil-bidu ta' ħajti kienet tieħu ħsiebi" - Lawrence Grech



Dejjem ġarr ir-ritratt ta-soru li ħadet ħsieb fil-bidu ta' ħajtu.  Għaddew is-snin u l-kuntatt bejniethom inqata'. Imma Lawrence u Sr Kurċifissa ma nsewx il-xulxin. Minkejja s-snin li għaddew li fihom ma rawx lil xulxin, fl-aħħar Lawrence u Sr Kurċifissa reġgħu ltaqgħu.  Ma naqsitx l-emozzjoni. Spikka l-entużjażmu tas-soru, li fl-età ta' 84 sena, kif ratu u saret taf min hu, marret tiġri tgħid lil sħabha. Għal Lawrence, f'din l-okkażjoni qata' l-akbar xewqa li kellu.
Ikkuntattjat minn inewsmalta.com, Lawrence Grech, qalilna li, "Kelli ritratt li kienet tatuli in-nanna u dejjem ġarrejtu miegħi. Kont ngħid  xi darba għad niltaqa' magħha. U peress li naħsel it-tapiti tad-dar, bagħtu għalija mid-dar  'Angela House'. Kien hemm Sr Magdalene li kantat u staqsejtha għal Sr Kurċifissa. Qaltli li fis-sitta ta' filgħodu tkun qed tipprepara għall-quddiesa li jagħmlu tal-Crèche f'Ta' Sliema. Mort u kif iltqajt magħha tgħidx kemx ferħet. Qaltli lanqas temmen għadni kemm tlabt 'l Alla u għedtlu x'se tagħtini ġdid mal-ġurnata. Qaltli fil-frattemp tfaċċajt int. Sr Kurċifissa llum għandha 84 sena. Għedtilha li dejjem inġorrha miegħi u trid taraha tiġri tgħid lil sħabha."
Lawrence jgħid li, "Qtajt l-akbar xewqa tiegħi. Iltqajt ma' dik l-omm li fil-bidu ta' ħajti kienet tieħu ħsiebi." Lawrence hu wieħed minn dawk li kienu fetħu kawża għal kumpens finanzjarju għal abbużi li kienu sofrew f'Dar San Ġużepp. Minn L-ORIZZONT

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home