Franza u l-Ġermanja jridu reviżjoni tal-pjani Ewropej għar-rilokazzjoni ta' immigranti
Il-pjani tal-Kummissjoni Ewropea li jiġu rilokati għadd ta' immigranti Sirjani u Eritreani li jinsabu l-Greċja u l-Italja - fejn sehem Malta kien se jkun li tieħu 292 immigrant - ħadu skoss lura u dan hekk kif Franza u l-Ġermanja talbu lill-Unjoni Ewropea biex tirrevedi l-pjan tagħha. Huma ddeskrivew il-pjan bħala wieħed fejn "hemm żbilanċ".Fi stqarrija konġuntat li nħarġet mill-Ministri tal-Intern tal-Ġermanja u dak ta' Franza ntqal li hemm bżonn li jkun hemm diskussjonijiet ġodda fuq livell Ewropew u dan biex ikun hemm bilanċ bejn 'responsabbiltà' u 'soliarjetà'.
Franza u l-Ġermanja sostnew li, "Solidarjetà addizzjonali hi possibbli biss jekk l-istati membri fejn jaslu l-immigranti, bl-appoġġ ta' għajnuna Ewropea, jieħdu l-miżuri kollha possibbli, finanzjarji u legali, biex tissaħħaħ is-sorveljanza fil-fruntieri."
Franza u l-Ġermanja qed jipproponu t-twaqqif ta' dik li qed isejħu 'hot spots', li fihom ikunu proċessati l-persuni li jkunu għadhom kif waslu mal-fruntiera u hemmhekk ikun deċiż fejn se jintbagħtu.
Il-ġimgħa li għaddiet il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-ammont totali ta' immigranti li se jitqassmu huwa ta' 40,000 fis-sentejn li ġejjin. Din il-figura tirrappreżenta 40% tal-persuni li qed jitolbu ażil. Il-Kummisjoni qalet li lesta li terġa' tgħamel l-istess jekk Malta tkun f'sitwazzjoni simili. Dan wara li dan ul-pass ittieħed hekk kif skatta l-mekkaniżmu mniżżel fil-paragrafu 3 tal-Artiklu 78 fit-trattat tal-UE.
L-istati membri tal-UE se jirċievu s-somma ta €6,000 għal kull refuġjat li jmisshom f'din is-sistema. Għalhekk Malta se tirċievi s-somma komplessiva ta' €1,752,000. L-ammont ta' refuġjati li ser tirċievi Malta jirrappreżenta 0.73% ta' total u se jkunu ġejjin 175 mill-Italja u 117 mill-Greċja.
Dawk kollha li se jkunu rilokati mill-Italja se jmorru kif ġej: 728 fl-Awstrija, 818 fil-Belġju, 343 fil-Bulgarija, 448 fil-Kroazja, 104 f'Ċipru, 797 fir-Repubblika Ċeka, 443 fl-Estonja, 475 fil-Fillandja, 4051 fi Franza, 5258 fil-Ġermanja, 496 fl-Ungerija, 310 fil-Latvia, 302 fil-Litwanja, 221 fil-Lussemburgu, 1228 fl-Olanda, 1595 fil-Portugal, 1023 fir-Rumanija, 471 fis-Slovakkja, 297 fis-Slovenia, 2573 fi Spanja, 821 fl-Iżvezja
Dawk li se jkunu rilokati mill-Greċja se jmorru hekk: 485 fl-Awstrija, 546 fil-Belġju, 229 fil-Bulgarija, 299 fil-Kroazja, 69 f'Ċipru, 531 fir-Repubblika Ċeka, 295 fl-Estonja, 317 fil-Fillandja, 2701 fi Franza, 3505 fil-Ġermanja, 331 fl-Ungerija, 207 fil-Latvja, 201 fil-Litwanja, 147 fil-Lussemburgu, 819 fl-Olanda, 1064 fil-Polonja, 680 fil-Portugal, 682 fir-Rumanija, 314 fis-Slovakkja, 198 fis-Slovenia, 1715 fi Spanja u 548 fl-Iżvezja.
Dan ifisser li l-aktar pajjiż li ser jirċievi refuġjati huwa l-Ġermanja bi 15.43% u l-inqas huwa Ċipru b'0.34%. Minn L-ORIZZONT
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home