Insult lis-soċjetà
Minkejja l-isforzi tad-Direttorat tat-Tindif, jibqgħu jiġu rappurtati każijiet ta' rimi ta' skart fil-kampanja u f'żoni mwarrbin. Wieħed mill-aħħar każijiet kien jispikka aktar u dan għax xi persuna jew persuni irresponsabbli wara li organizzaw xi festin, ġabru l-fdal li kien fadal u rmewh fil-qasam industrijali tal-Imrieħel.
Bla dubju ta' xejn, dan qajjem rabja fost il-ħaddiema tad-Direttorat
għat-Tindif li meta tlabniehom kumment dwar dan qalulna li
"sfortunatament qed ikollna każijiet ta' rimi ta' skart minkejja
l-isforzi ta' tindif". Huma ddeskrivew dan l-aħħar att li sar bħala
insult lis-soċjetà.
Huwa possibbli li dan huwa riżultat ta' xi festin tal-preċett. Minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home