'Immigrant bla saqaf'....lejl u nhar
fuq bank
'Guri la aan'. Dan kien il-kliem li beda jlissen immigrant mis-Somalja, immigrant li minħabba ix-xogħol tiegħu spiss ikun fl-inħawi ta' Tas-Sliema. Qatt ma kont smajt b'dan il-kliem u ma kelli l-ebda ħjiel ta' x'jistgħu ifissru. Minn hawn u minn hemm imma fehmni li dak ifissru persuna bla dar. Jispjegali kif kien hemm immigrant li issa ilu għal xejn inqas minn ġimgħa jorqod barra lejl u nhar fuq bank faċċata tal-baħar. Il-post kien fuq in-naħa ta' wara tal-ġnien fi Qui si Sana.
'Għandu bżonn l-għajnuna. Spiċċa bla saqaf fuq rasu. Qed iġorr dak kollu li għandu f'żewġ bagalji. Ngħaddi minn hemm filgħodu kmieni ikun rieqed fuq il-bank u x'ħin ngħaddi filgħaxija jkunu għadu hemm. M'għandux fejn joqgħod".
it-TORĊA marret darbtejn fuq il-post u lil din il-persuna sibniha dejjem fuq l-istess bank. Tista' tgħid li bla emozzjoni ta' xejn, b'wiċċu mitluq lura fuq il-bank u għarqan xraba sforz is-sigħat li kien ilu fix-xemx, l-immigrant deher għajjien. Liebes qmis komma twila u jeans, kienet tispikka selfa fil-pala ta' idejh il-leminija.
it-TORĊA ipprovat tkellem lill-immigrant iżda dan għażel li jgħidilna biss li "m'għandu bżonn xejn".
Matul din il-ġimgħa segwejna dan il-każ, f'xi każi bil-lejl dan niżel jorqod taħt taraġ li hemm fil-qrib u xi drabi oħra niżel max-xatt. Biss għal ħafna mill-ħin issibu fuq il-bank fil-passaġġ ta' wara l-ġnien fi Qui si Sana.
Meta tersaq qrib tiegħu ma tistax ma tinnutax il-bagalji. Pjuttost mimlijin bi trab, aktarx tant kemm ilhom jitkaxkru minn banda għall-oħra, il-bagalji jidhru mimlijin sew. Meta l-immigrant jiċċaqlaq minn fuq il-bank jieħu l-bagalji miegħu u kull meta mar f'parti oħra dejjem rabat il-bagalji ma xi ħaġa. Meta jkun fuq il-bank, il-bagalji jorbothom ma' xulxin u l-qafla jdawwarha mal-bank.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home