Tmiem traġiku għal immigrant li ma ġiex aċċettat darbtejn biex imur l-Istati Uniti
Yamane Asefaw Matusala mill-Eritrea kien persuna li kellha protezzjoni sussidjarja f'Malta. Matusala, bħal għadd ta' immigranti oħra, kellu xewqa li kien qed jaħdem bla heda biex jilħaqha - dik li jibda ħajja ġdida fl-Istati Uniti. Issottometta darbtejn it-talba tiegħu, iżda sfortunatament din ma ntlaqgħetx.Fl-aħħar jiem, il-komunitajiet ta' Etjopjani u Eritrej f'Malta kienu qed jibku t-telfa ta' Matusala wara li dan instab mejjet f'ċirkostanzi traġiċi fl-età ta' 33 sena.
Fl-aħħar jiem f'pajjiżna ġie qarib tiegħu mir-Renju Unit biex jagħtih l-aħħar tislima. Il-katavru ta' Matusala se jittieħed lejn l-Eritrea.
Matusala kien wasal f'pajjiżna fuq dgħajsa fis-sena 2006 u miegħu kien hemm xejn inqas minn 200 immigrant. Huwa kien qatta' sena fid-detenzjoni u kien iddaħħal darbtejn fl-Isptar Monte Carmeli peress li kien ibati minn dipressjoni u stress. Dan l-aħħar huwa kien qed jgħix fl-Imsida ma' żewġt iħbieb tiegħu.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home