Bla sens min jaħseb li jien naqleb 'gays' għal 'straight' - Pastor Gordon-John Manchè
Wara li lbieraħ tħabbar li se jsiru illegali t-terapiji riparattivi għall-'gays', liema terapiji jsiru għax hawn min jemmen li persuna tista' 'titfejjaq' u ma tibqax 'gay', inewsmalta.com ħa r-reazzjoni ta' Pastor Gordon-John Manchè, li xi snin ilu kienu nħarġu xnigħat li hu jaqleb lill-'gays' għal 'straight'.Huwa qalilna li, "It-terapija riparattiva (reparative therapy) lili ma tikkonċernanix għax jien la qatt ipprattikajt "reparative therapy" u lanqas naf lil ħadd li jipprattikaha! Infatti lanqas biss naf fiex tikkonsisti eżattament. Naf li hemm min jaħseb li jien "naqleb lill-gays għal straight" però dawn huma qlajjiet bla sens u xi wħud jgħaġġlu u jemmnu kull għajdut li jgħaddi bħal riħ u ma jivverifikawx x'għedt jien veru...għax inkella ma jkollhomx fuq xiex jagħmlu storja u ruxxmata 'aħa'!”
Pastor Manchè żied jgħid li, “Min hu persuna ta' integrità jaf li jien xandar tal-Vanġelu ta' Ġesù Kristu u nagħmel xogħol pastorali u mhux terapista! Jien nipprietka l-Vanġelu tas-Saltna ta' Ġesù Kristu - li huwa l-qawwa tas-salvazzjoni għal kull min jemmen (Rumani 1:16.)”
“Grazzi u l-paċi tal-Mulej miegħek,” temm jgħid il-Pastor. Minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home