Wednesday, July 29, 2015

 

 

 

 

 

 

Nofs ħajjitha tfittex ix-xogħol... sabet biss bibien magħluqin


Tagħmel kuntatt ma' post tax-xogħol partikolari u jgħidulha li għandhom bżonn in-nies. Tistaqsihom jekk hix meħtieġa l-esperjenza u jgħidulha li le. Il-fatt li bagħtu għaliha biex ikellmuha bl-għan li jimpjegawha, wassal għal ferħ kbir f'Jamesine Cachia ta' 32 sena, omm ta' żewġt itfal u persuna bi bżonnijiet speċjali. Wieħed jista' jaħseb b'liema eċċitament marret għal din il-laqgħa. Iżda kienet ferħa bla temma. 
"Kif rat il-kundizzjoni u d-dehra tiegħi  kif inhi, hi qaltli mill-ewwel li għandhom  bżonn lil xi ħadd ta' esperjenza. Għedtilha li fuq it-telefown qaluli li ma ridux lil xi ħadd bl-esperjenza. Wara sirt naf li impjegaw lil xi ħadd bla esperjenza. Iweġġgħuk dawn l-affarijiet," qaltilna Jamesine.
Jamesine hi omm ta' 32 sena, li għalkemm bi bżonn speċjali tikkomunika  tajjeb ħafna. Ilha snin tixtieq taħdem u ħabbtet ħafna bibien. Dawn iżda ngħalqu dejjem f'wiċċha. "Ilni nfttex xogħol mindu kelli sittax-il sena. Bqajt dejjem qatt ma sibt xogħol. Kif jaraw il-kundizzjoni tiegħi, jingħalqu l-bibien," tenfasizza Jamesine.
Quddiem din is-sitwazzjoni u quddiem il-fatt li ftit żmien ilu biss waqt li ġie organizzat taħriġ għalihom ġew infurmati li jidher li hawn sidien ta' kumpaniji li jidher li se jkunu qed jippreferu jħallsu l-multi flok iħaddmu persuni b'diżabilità, Jamesine qed tappella biex is-sidien ta' postijiet tax-xogħol qabel jiġġudikaw, jippruvaw lill-persuni bi bżonn speċjali. "Araw l-abbiltà qabel id-diżabilità," iddikjarat Jasmine.
"Għandi żewġt itfal jiddependu minni"
Tgħdilna li, "Ilni nfittex ix-xogħol is-snin u ma nistax insib minħabba id-diżabilità tiegħi. Dejjem insib bibien magħluqin jew jgħiduli li m'għandhomx bżonni kif isiru jafu li b'diżabilità. Jien nixtieq naħdem ħafna u għandi żewġt itfal jiddependu minni. Nixtieq nintegra fis-soċjetà, mhux għall-flus biss. L-appell tiegħi huwa biex jippruvawna qabel jiġġudikawna. L-abilitajet għandhom jiġu qabel id-diżabilità. Jien bħal ħaddiehor. Irrid naħdem. U persuna msejħa normali għaliex għandu jkollha dritt aktar minni?"
Ta' min jgħid li f'pajjiżna huma biss 5 fil-mija tal-persuni b'diżabilità li għandhom impjieg. Dan ifisser li 95 fil-mija ma jaħdmux. Il-persuni b'diżabilità b'impjieg jammonaw għal 1,450 u hemm 550 oħra li qed ifittxu impjieg - jiġifieri huma 2,000 il-persuni b'diżabilità li qegħdin f'impjieg jew ifittxu impjieg. Biss f'pajjiżna hawn 30,000 persuna b'xi forma ta' diżabilità u 20,000 persuna huma fl-età li jistgħu jaħdmu. Dan ifisser li hemm 18,000 persuna b'diżabilità li huma emarġinati.
Bejn is-sena 2004 u s-sena 2012 fejn jirrigwarda l-impjiegi ta' persuni b'diżabilità, wieħed isib li dawn naqsu flok żdiedu. Waqt li fis-sena 2004 kien hemm 1,472 persuna b'diżabilità b'impjieg, fis-sena 2012 dawn kienu naqsu għal 1,247 persuna. Minn 1,300 sid ta' post tax-xogħol, kien hemm 900 jew 71% li ma impjegawx persuni b'diżabilità magħhom. Dan minkejja li f'pajjiżna għandna  liġi li tgħid li kull post tax-xogħol irid ikollu 2 fil-mija tal-ħaddiema li jkunu persuni b'diżabilità. Din il-liġi kienet saret fl-1969.
Ftit xhur ilu l-Parlament iddibatta liġi li tgħid li "persuna li tonqos milli tosserva l-kwota stabbilita tintalab mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ biex tagħmel kontribuzzjoni annwali ta’ €2,400 għal kull persuna b’diżabilità li suppost tkun fl-impieg tagħha, sa massimu ta’ €10,000."
Tgħid ukoll li għas-sena 2015, il-persuna għandha tħallas l-ekwivalenti ta’ terz tal-kontribuzzjoni li għandha titħallas; matul is-sena 2016 l-ammont tal-kontribuzzjoni għandu jiżdied għal żewġ terzi tal-ammont li għandu jitħallas, u matul is-sena 2017 ikun japplika l-ammont totali tal-kontribuzzjoni li għandha titħallas.

'Jamesine messet il-qlub'…sabet xogħol wara ftit sigħat biss

L-istorja ta' l-omm bi bżonn speċjali li kienet ilha 16-il sena tfittex xogħol messet ħafna qlub, inkluż ta' għadd ta' sidien ta' postijiet tax-xogħol. Kienu diversi dawk li appellaw biex Jasemine ma tibqax tiġi ġudikata fuq id-diżabilità. 
Wara snin tħabbat il-bibien u ssibhom magħluqin, ftit sigħat wara li dehret l-istorja tagħha f'inewsmalta.com hi ingħatat impjieg.  Filfatt il-ġimgħa d-dieħla hi se tibda taħriġ għax-xogħol li ingħatat.  Wieħed jista' jimmaġina l-ferħ li ħasset Jamesine u l-familja tagħha.  Hi se tibda taħdem mal-kumpanja Inspectra. Il-kumpanja ġiet ringrazzjata talli rat l-abbiltà u mhux d-diżabilità.
Kien nhar it-Tlieta meta ltqajna ma' Jamesine u hi spjegatilna id-diffikultajiet u l-problemi li tiltaqa' magħhom kull meta tkun qed tfittex xogħol.
Jamesine hi omm ta' 32 sena, li għalkemm bi bżonn speċjali tikkomunika  tajjeb ħafna. Hi ilha snin tixtieq taħdem u ħabtet ħafna bibien. Dawn iżda ingħalqu dejjem f'wiċċha. "Ilni nfttex xogħol mindu kelli sittax il-sena. Bqajt dejjem qatt ma sibt xogħol. Kif jaraw il-kundizzjoni tiegħi, jingħalqu l-bibien", tenfasizza Jamesine.
Quddiem din is-sitwazzjoni u quddiem il-fatt li ftit żmien ilu biss waqt li ġie organizzat taħriġ għalihom ġew infurmati li jidher li hawn sidien ta' kumpaniji li jidher li se jkunu qed jippreferu jħallsu l-multi flok iħaddmu persuni b'diżabilita, Jamesine appellat biex is-sidien ta' postijiet tax-xogħol qabel jiġġudikaw, jippruvaw lill-persuni bi bżonn speċjali. 'Araw l-abbiltà, qabel id-diżabilità", iddikjarat Jasmine.
Kienet qaltilna li "ilni nfittex ix-xogħol is-snin u ma nistax insib minħabba id-diżabilità tiegħi. Dejjem insib bibien magħluqin jew m'għandix bżonn kif isiru jafu li b'diżabilità. Jien nixtieq naħdem ħafna u għandi żewġt itfal jiddependu minni. Nixtieq nintegra fis-soċjetà mhux għall-flus biss. L-appell tiegħi, biex jippruvawna qabel jiġġudikawna. L-abbilitajet għandhom jiġu qabel id-diżabilità. Jien bħal ħaddiehor. Irrid naħdem u persuna msejħa normali għaliex għandu jkollha dritt aktar minni?".
 minn inewsmalta.com

7 Comments:

At April 5, 2020 at 11:22 AM , Blogger finance said...

Għandek bżonn urġenti lesta biex tħallas il-kontijiet tiegħek, jekk imbagħad Ikkuntattja
magħna għal aktar informazzjoni permezz tal-email: finance.micro1@gmail.com
b'informazzjoni dwar nfiħ

L-ewwel u l-ismijiet:
pajjiż:
L-ammont meħtieġ tas-self:
It-tul tas-self:
telefon:
mobbli:

 
At April 5, 2020 at 11:24 AM , Blogger finance said...

Għandek bżonn urġenti lesta biex tħallas il-kontijiet tiegħek, jekk imbagħad Ikkuntattja
magħna għal aktar informazzjoni permezz tal-email: finance.micro1@gmail.com
b'informazzjoni dwar nfiħ

L-ewwel u l-ismijiet:
pajjiż:
L-ammont meħtieġ tas-self:
It-tul tas-self:
telefon:
mobbli:

 
At April 5, 2020 at 11:40 AM , Blogger finance said...

Għandek bżonn urġenti lesta biex tħallas il-kontijiet tiegħek, jekk imbagħad Ikkuntattja
magħna għal aktar informazzjoni permezz tal-email: finance.micro1@gmail.com
b'informazzjoni dwar nfiħ

L-ewwel u l-ismijiet:
pajjiż:
L-ammont meħtieġ tas-self:
It-tul tas-self:
telefon:
mobbli:

 
At April 13, 2020 at 5:17 AM , Blogger finance said...

Hola,

Int negozjant jew mara? Inti f’xi mess finanzjarju jew għandek bżonn fondi biex tibda n-negozju tiegħek stess? Għandek bżonn self biex tħallas id-dejn tiegħek jew tħallas il-kontijiet tiegħek jew tibda negozju sabiħ?

Aħna noffru self b'interess baxx ta '3% u b'garanzija u mhux garantiti noffru self personali, self ta' konsolidament tad-dejn, kapital ta 'riskju, self għan-negozju, self għal studenti, self għad-djar jew' self ' għal kwalunkwe raġuni! "

It-tweġibiet kollha għandhom jintbagħtu lil imejl: finance.micro1@gmail.com

Tislijiet tiegħi,
Għoti ta 'kreditu

 
At April 13, 2020 at 5:19 AM , Blogger finance said...

Hola,

Int negozjant jew mara? Inti f’xi mess finanzjarju jew għandek bżonn fondi biex tibda n-negozju tiegħek stess? Għandek bżonn self biex tħallas id-dejn tiegħek jew tħallas il-kontijiet tiegħek jew tibda negozju sabiħ?

Aħna noffru self b'interess baxx ta '3% u b'garanzija u mhux garantiti noffru self personali, self ta' konsolidament tad-dejn, kapital ta 'riskju, self għan-negozju, self għal studenti, self għad-djar jew' self ' għal kwalunkwe raġuni! "

It-tweġibiet kollha għandhom jintbagħtu lil imejl: finan.micro1@gmail.com

Tislijiet tiegħi,
Għoti ta 'kreditu

 
At July 21, 2020 at 7:50 AM , Blogger worldw MOHAMED said...

Hello Kulħadd,
Jisimni Mr Rugare Sim. Jiena ngħix l-Olanda u jien raġel kuntent illum? u għidt lilha nnifsi li kull sellief li jsalva lili u lill-familja tiegħi mis-sitwazzjoni ħażina tagħna, jien nirreferi lil kull persuna li qed tfittex self għalih, huwa ta l-hena lili u l-familja tiegħi, kelli bżonn ta 'self ta' € 300,000.00 biex nibda ħajti kollha billi nkun Missier waħdieni bi 2 gidjien iltqajt ma 'dan is-sellief tas-self raġel onest u Allah li jgħini b'self ta' € 300,000.00, huwa raġel li jibża 'minn Allah, jekk għandek bżonn self u int tħallas lura s-self jekk jogħġbok ikkuntattjah tgħidlu li (Sur, Rugare Sim) jirreferik għalih. Ikkuntattja lis-Sur, Mohamed Careen permezz ta ’email: (arabloanfirmserves@gmail.com)


FORMA TA 'INFORMAZZJONI TA' APPLIKAZZJONI SELF
Isem......
Isem tan-nofs .....
2) Ġeneru: .........
3) Ammont ta 'Self Meħtieġ: .........
4) It-tul ta 'self: .........
5) Pajjiż: .........
6) Indirizz tad-dar: .........
7) Numru tal-mowbajl: .........
8) Indirizz tal-email ..........
9) Dħul kull xahar: .....................
10) Okkupazzjoni: ...........................
11) Liema sit għamilt hawn aboutus .....................
Grazzi u Awguri.
Email arabloanfirmserves@gmail.com

 
At December 2, 2023 at 11:49 AM , Blogger Max Bent said...

Għandek bżonn self urġenti biex tnaddaf id-djun tiegħek jew għandek bżonn self ta 'ekwità biex ittejjeb in-negozju tiegħek? Ġejt miċħud minn banek u aġenziji finanzjarji oħra? Għandek bżonn konsolidazzjoni tas-self jew ipoteka? Fittexx aktar peress li aħna qegħdin hawn biex il-problemi finanzjarji kollha tiegħek isiru xi ħaġa tal-passat. Ikkuntattjana bl-email:

oceanfmortgages@gmail.com
oceanfmortgages@gmail.com

U hawn hija l-websajt tagħna www.oceanfinance.co.uk

Dan huwa Ocean Finance Mortgages. Noffru self lil dawk interessati f'rata ta 'imgħax raġonevoli ta' 2%. Il-firxa tvarja minn 5,000.00 Euro sa massimu ta’ 100,000,000.00 Euro.

 

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home