Sejħa biex pajjiżi Ewropej jegħlbu l-oppożizzjoni tal-pubbliku u jagħtu kenn lir-refuġjati
L-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) appellat lill-pajjiżi fl-Ewropa ċentrali biex jegħlbu l-oppożizzjoni tal-pubbliku u jagħtu aktar għajnuna lill-immigranti u refuġjati li ġejjin minn pajjiżi mifnijin bi gwerer ċivili u persekuzzjonijiet. Il-UNHCR għamlet dan l-appella fl-aħħar sigħat u dan b'rabta ma' summit li se jsir bejn il-Polonja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja. Dan il-grupp qed jopponi l-isforzi tal-Unjoni Ewropea biex tirriloka refuġjati li hemm fil-Greċja u l-Italja madwar l-Ewropea. Dawn il-pajjiżi iridu li jissaħħu l-fruntieri tal-Unjoni Ewropea."Wasal iż-żmien li l-mexxejja ta' dawn il-pajjiżi Ewropej jagħtu eżempju b'saħħtu u jikkommettu ruħhom li jgħinu familji li qed jaħarbu minn gwerer u persekuzzjonijiet, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom u tar-reliġjon li jħaddnu,” qal ir-rappreżentant reġjonali tal-UNHCR, Montserrat Feixas Vih.
Amnesty International, f'ittra li kitbet, ukoll appellat lil dawn l-erba' pajjiżi magħrufa bħala Visegrad Four biex jaċċettaw li jieħdu aktar immigranti. F'ittra li kitbet lil erba' Prim Ministri, Amnesty International appellatilhom biex jikkundannaw l-vjolenza u ma jużawx ir-retorika li kulma tagħmel hu li tkompli tgħarraq is-sitwazzjoni f'soċjetà fejn diġà hemm it-tensjoni.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home