Friday, February 12, 2016


Il-kriżi tal-immigrazzjoni lejn l-Ewropa din

is-sena... 

 

Il-maġġoranza ta' dawk li jfittxu kenn huma nisa u tfal

Jivvjaġġaw f'temperaturi taħt iż-żero. Jistennew barra billejl u biex itaffu l-kesħa jqabbdu ftit ħatab. Tfal reqdin fl-art jew fuq il-bankijiet. Hekk kif għadd ta' pajjiżi Ewropej daħħlu regolamenti aktar stretti fil-fruntieri, għadd ta' refuġjati kellhom jiffaċċjaw restrizzjonijiet fil-fruntieri. Stennew għal sigħat sħaħ f'temperaturi baxxi. Voluntiera ta' Save the Children fi Presevo tkellmet magħna u qaltilna li "għandna nies li qed jaslu b'xufftejhom blu. Jirotgħdu bil-bard. Għandna  nisa u tfal f'riskju ta' ipotermja". Din hi s-sitwazzjoni li qed jiffaċċjaw għadd kbir ta' immigranti ħafna minnhom Sirjani f'Idomeni fil-fruntiera bejn il-Greċja u l-Maċedonja u fi Presevo fis-Serbja, fi triqithom lejn l-Ewropa.  Għall-ewwel darba mindu bdiet il-kriżi ta' immigranti ftit qabel nofs is-sena li għaddiet, il-mewġa ta' refuġjati fil-maġġoranza tagħha m'għadhiex iffurmata minn irġiel. Issa il-maġġoranza ta' dawk li qed jivvjaġġaw huma nisa u tfal.
Voluntieri li tkellmu magħna minn dawn iż-żewġ postijiet kienu qed jirrimarkaw kif l-ammont ta' refuġjati li qed jidħlu huma komposti minn għadd kbir ta' nisa u tfal żgħar.  Fenomenu iehor hu dak ta' tfal u minuri li qed jagħmlu l-vjaġġ mingħajr mhuma akkumpanjati.
"Qed jgħaddu minn tbatija kbira. Għandna ommijiet li ma jilħux jivvjaġġaw aktar b'uliedhom. Hemm oħrajn mardu minħabba l-elementi. Tal-qsim il-qalb tara tfal u ommijiet jistennew l-ikel u oħrajn ħdejn xi ħuġġieġa biex jisħnu mit-temperaturi", qaltilna waħda mill-voluntieri.
Fl-aħħar sigħat, l-UNICEF (Il-Fond ta' Emerġenza għat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti) fl-aħħar jiem iddikjarat li għall-ewwel darba mindu bdiet il-kriżi ta' immigrazzjoni  lejn l-Ewropa, qed ikun hemm aktar tfal u nisa milli irġiel. Il-UNICEF, qalet li xejn inqas minn 36 fil-mija ta' dawk li qed jaqsmu lejn il-Greċja u t-Turkija huma tfal.  Qalet li din il-figura tista' tkun akbar u dan għax ikun hemm tfal li ma jiddikjarawx l-età tagħhom.  L-UNICEF qalet li 60 fil-mija ta' dawk li qed jaqsmu lejn l-Ewropa fil-fruntiera bejn il-Greċja u l-Maċedonja huma nisa u tfal. Dan meta sa ftit xhur ilu, l-ammont ta' irġiel li kienu qed jaqsmu kienu jammontaw għal xejn inqas minn 73 fil-mija ta' dawk li jagħmlu l-vjaġġ.
Il-UNICEF enfasizzat li "l-implikazzjonijiet ta' din iż-żieda fi tfal u nisa li qed jaqsmu huma enormi.  Dan ifisser aktar riskji fuq il-baħar u li hemm bżonn ħafna aktar protezzjoni fuq l-art.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home