Tuesday, May 24, 2016

Kolonji ta' naħal meqrudin fit-tramuntana ta' Malta

Kolonji sħaħ ta' naħal, b'mod partikolari fit-tramuntana ta' Malta, kellhom jinqerdu matul is-sena li għaddiet u dan minħabba li kienu morda bil-marda tal-European Foulbrood. Dan ħareġ minn tweġiba Parlamentari li ta l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima, Josè Herrera, għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea.
Il-Ministru Herrera meta mistoqsi dwar mard fin-naħal qal li, "Matul l-aħħar tnax-il xahar instabu diversi każijiet ta’ European Foulbrood fil-kolonji tan-naħal f’Malta. Il-lokalitajiet fejn instabu l-kolonji infettati huma: il-Mellieħa, l-Imġarr, ir-Rabat, Ħaż-Żebbug, il-Baħrija u l-Wardija. Peress li l-European Foulbrood hija mniżżla bħala waħda mill-mard notifikabbli u biex titnaqqas milli tkompli tinxtered, ix-xehed ta’ kolonji infettati ġew meqruda fuq il-post. Din il-marda ġiet l-ewwel darba rrappurtata f’Malta fl-2005. Rigward il-produzzjoni tal-għasel, ta’ min jirrimarka li l-mard notifikabbli kollha jaffettwaw il-produzzjoni tal-ikel prodott mill-annimali. Id-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja m’ għandux il-figuri tal-produzzjoni tal-għasel ta’ snin preċedenti peress li l-imġiebaħ bdew jiġu spezzjonati minn dan id-Direttorat f’Diċembru tal-2014."
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home