Friday, May 20, 2016


'Il-problema mhux it-triq imma minn fejn se jgħaddu s-servizzi' - Nathaniel Cutajar SPK

Waqt li sa issa għad mhux magħruf meta se jintemm il-proċess marbut mal-ħidma u investigazzjonijiet li għaddejjin fir-rigward tas-sebja ta' erba' oqbra Puniċi fit-triq tal-Baħrija, kollox jindika li l-akbar problema hi dik marbuta ma' minn fejn se jgħaddu s-servizzi.  Minkejja li l-oqbra jinsabu f'nofs it-triq, jidher li ttieħdet id-deċiżjoni li triq tgħaddi minn fuqhom għalkemm fejn hu possibbli se jsiru tip ta' xaftijiet biex ikun hemm aċċess.  Ix-xogħol marbut ma' dawn is-sejbiet qiegħed jingħata prijorità biex dan jitlesta fl-iqsar żmien possibbli.
inewsmalta.com kompla jsegwi dan il-każ fejn kollox qed jindika li l-akbar uġiegħ ta' ras hi dik ta' minn fejn se jgħaddu s-servizzi. Jidher li ttieħdet deċiżjoni li ma jsirx qtugħ ta' blat u minħabba dan bħalissa għaddejja ħidma biex tkun iddisinjata mill-ġdid li minnha se jgħaddu s-servizzi fosthom il-katusi għas-sistema tadd-drenaġġ.
Nathaniel Cutajar mis-Sovrantendenza tal-Patrimonju Kulturali meta kuntattjat minn inewsmalta, qalilna li "ma nistgħux ngħidu meta se jitlestew l-investigazzjonijiet li għaddejjin. Fejn se jkun possibbli se nagħmlu xaftijiet. It-triq se tgħaddi minn fuqhom. It-triq mhix daqstant problema għalina, aktar minn fejn se jgħaddu s-servizzi hi problema". 
Ritratt: Roger Azzopardi

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home