Multi sostanzjali għal abbuż mill-badge il-blu… reat kriminali għal parkeġġ f'post riservat
F'sitwazzjoni fejn f'pajjiżna l-karozzi dejjem qed ikomplu jiżdiedu, tista' tgħid li tmur fejn tmur issib ma' wiċċek il-problema tal-parkeġġ. Persuni b'diżabilità, il-problema tal-parkeġġ hi ferm akbar għalihom. Dan għax spiss isibu li parkeġġi riservati għalihom jittieħdu minn persuni li m'għandhom il-badge il-blu. Mill-banda l-oħra hu fatt magħruf li f'pajjiżna hawn ukoll abbuż milnn din il-badge, b'mod partikolari minn familjari jew qraba ta' persuni b'diżabilità. Quddiem dan, permezz ta' abbozz ta' liġi li qed ikun diskuss fil-Parlament, se jkun hemm multi sostanzjali għal min jabbuża mill-badge il-blu. Mill-banda l-oħra dawk li jipparkjaw f'parkeġġ riservat għal persuni b'diżabilità, jekk jinqabdu se jittieħdu proċeduri kriminali kontrihom.Il-Ministru Michael Farrugia f'intervent fil-Parlament iddikjara li min jieħu parkeġġ riservat għal persuna b'diżabilita jkun qed jieħu dritt lil dik il-persuna.
L-abbozz ta' liġi qed jiddefinixxi b'mod ċar x'jikkostitwixxi abbuż minn badge blu. Dawn huma kull persuna li tuża badge blu li m’għadhiex aktar valida jew tuża badge blu ta’ detentur li miet. Min ma jagħtix lura l-badge blu lill-uffiċjal awtorizzat mal-mewt tad-detentur jew meta ma tkunx id-detentur u tagħmel użu mhux xieraq tal-badge blu mingħajr l-għarfien jew permess tad-detentur ukoll qed jitqies bħala abbuż. Min bi kwalunkwe mod ibagħbas, jikkopja, jiffalsifika jew jibdel badge blu jew jisraq, jagħti, jixtri jew ibigħ badge blu li hija valida, skaduta jew ikkuppjata ukoll jitqies bħal abbuż.
Kull persuna li twettaq reat simili għandha, meta tinstab ħatja, teħel multa ta’ mhux anqas minn €230 u mhux aktar minn €500. Dan flimkien mal-irmonk tal-vettura.
Meta tinstab ħatja għal reat sussegwenti, il-persuna teħel multa ta’ mhux anqas minn €1000 u mhux aktar minn €1500 flimkien mal-irmonk tal-vettura.
minn inewsmalta.com
1 Comments:
Għandek bżonn self? JEKK LE IVA! Kuntatt Hobelman Finance and Mortgages Limited ® Għal ammont ta 'self żgħir u kbir. Noffru self b'rata ta 'imgħax affordabbli ta' 2%. Ikkuntattjana llum permezz ta 'e-mail f'hobelmanfinance@gmail.com u l-ħidma tiegħek magħna se tkun esperjenza tajba. +17816567138 il-kreditu huwa miftuħ għal kulħadd irrispettivament min-nazzjonalità tiegħu.
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home