Friday, May 20, 2016

'Nofs verità hi gidba?'... Ministru u Deputat jargumentaw

Tweġiba fil-Parlament mill-Ministru Michael Farrugia dwar l-adozzjonijiet xejn ma niżlet tajjeb mad-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar. Dan fil-fatt għamel aġġornament fil-Parlament fejn qal li meta tkellem ma' ġenituri li se jadottaw u persuni oħra, dawn qalulu ċar u tond li kien hemm nuqqas ta' verità f'dak li qal il-Ministru Farrugia. Il-Ministru Farrugia fis-seduta tal-lejla lmenta dwar dan mal-Ispeaker u qal li l-mistoqsijiet Parlamentari jitwieġbu mill-Ministru fuq informazzjoni li tingħata minn uffiċjali pubbliċi. "Mhux veru li jien gdibt meta weġibt dawk il-mistoqsijiet dwar l-adozzjoni. Ir-risposti tad-domandi huma veritieri."
Wara intervjena d-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar, li ddikjara li hu qatt ma qal li l-Ministru gideb. Min-naħa tiegħu l-Ministru intervjena u qal li d-Deputat Nazzjonalista qal li kien hemm nuqqas ta' verità f'li qal u qal li dan ifisser gideb. Hu appella biex ikun aktar attenzjoni fil-kliem li jintuża. Tenna li r-risposti li jingħataw ikunu qed isiru b'responsabbiltà.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home