Tuesday, May 24, 2016

Se nibqgħu bil-kurżità dwar l-infiq tal-PBS fuq il-Eurovision

Il-parteċipazzjoni ta' Malta fil-Eurovision dejjem toħloq diskussjoni f'pajjiżna. Din is-sena ma kinitx eċċezzjoni, fejn wara l-parteċipazzjoni ta' Ira Losco qamet diskussjoni dwar kemm kien l-infiq marbut mal-parteċipazzjoni Maltija. Ma setax jonqos li wara allegazzjonijiet li żdiedet in-nefqa, il-kwistjoni titqajjem fil-Parlmaent. Kien id-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli li qajjem il-każ, fejn staqsa kemm kienet l-ispiża fuq dan il-festival fl-aħħar għaxar snin.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru Owen Bonnici wieġeb biss li, "Il-PBS topera b'mod kummerċjali u għalhekk dik l-informazzjoni mitluba hi ta' natura kummerċjali."
Clyde Puli staqsa dwar il-persuni barranin li kienu involuti fil-parteċipazzjoni Maltija fil-Eurovision fi Stokkolma, bil-Ministru jgħid li l-barranin kienu Alex Zabotto, Stephane Boko, Skorpion, Maolly Pettersson Hammar u Lars Safsund.
Clyde Puli staqsa wkoll min kienu l-membri li ffurmaw id-delegazzjoni Maltija għall-Eurovision fl-Iżvezja, bil-Ministru jgħid li dawn kienu Tonio Portughese bħala Ċermen, Anton Attard bħala Kap tad-Delegazzjoni, Doreen Cortis bħala Assistent Kap tad-Delegazzjoni, Gordon Bonello Producer u Howard Debono bħala Artist Manager. L-istage team kien kompost minn Ira Losco, Anna Aela, Pamela Bezzina, Skorpion, Molly Pettersson Hammar u Lars Safsund. Kien hemm imbagħad bħala 'stage styling', Stephane Boko, Alex Zabott, Diane Nikolic, Marielle Calleja waqt li Mark Vassallo, Jeremy Dalli u Charles Ahar kienu bħala produzzjoni televiżiva. Bħala PR u reklamar ,id-delegazzjoni kellha lil Daniel D'Anastasi, David Debono, Leslie Skipper u Luke Fisher.
Dwar kemm ġie jiswa l-festival tal-kanzunetta Maltija għall-Eurovision, il-Ministru Bonnici qal li, "Il-PBS din is-sena kellu żieda ta’ 120% fuq is-snin ta’ qabel fid-dħul mir-reklamar u sponsors u għaldaqstant dan id-dħul addizzjoniali wassal biex il-PBS setgħet tesegwixxi l-politika tagħha ta’ awtofinanzjanment u awtosostenibilità".
minn l-orizzont 

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home