'Il-Gvern Malti kien ħoloq mostru li ma jaħdimx' - l-eks Kap Eżekuttv tal-ARRIVA
"Bl-għan li jintroduċi regolamenti fit-trasport pubbliku, il-Gvern ta' Malta ħoloq monstru li ma jaħdimx. Saru ħafna wegħdiet li ma ssarfux. F'Malta kien hemm diżastru totali. Rata ma titwemminx ta' inċidenti bil-karozzi tal-linja".
Dawn huma dikjarazzjonijiet li għamilhom l-eks Kap Eżekuttiv ta' Arriva
f'Malta, David Martin f'intervista ma' Route One. David Martin, kiser
is-silenzju fuq dak li ġara f'Malta u ta' spjegazzjoni ta' kif jara li
seħħew l-affarijiet.
Fl-intervista intqal li l-ARRIVA topera servizzi f'14-il pajjiż
Ewropew. Jingħad li l-kumpanija ħadmet taħt diversi mudelli u hi meqjusa
bħala mudell ta' suċċess. L-istess rapport jgħid li "Malta kien
diżastru assolut. Kullimkien fl-Ewropa, is-servizz tal-ARRIVA kien
suċċess imma mhux f'Malta".
Ir-rapport jiddeskrivi s-servizz tat-trasport pubbliku f'Malta bħala
'free for all' u li kellu jinbidel għal wieħed regolat simili għal dak
ta' pajjiżi oħra. Jintqal li dan ġie milqugħ minn resżistenza minn
sidien ta' karozzi tal-linja u din kienet waħda mir-raġunijiet
tal-falliment.
David Martin jgħid li "Malta kienet diżastru totali. Ix-xufiera
f'Malta kienu jħaddmu karozzi tat-tip Leylands. Kuluriti u mżejin imma
bla struttura u bla regolamenti. Kienet flotta ta' karozzi qodma.
Karozzi mhux aċċessibbli. Kienu misjuqa b'entużjażmu imma b'servizzi
limitati filgħaxija u fi tmiem il-ġimgħa. Kien pass kbir biex ikun
regolat dan is-settur. Tfajna t-tender għal skeda speċifikata. Mingħajr
ma kien hemm infrastruttura biex tappoġġja dik l-istess skeda u
b'diversi nuqqasijiet fosthom it-traffiku lejn l-università, l-isptar u
lejn l-iskejjel".
David Martin jgħid li "għamilna diversi żbalji fosthom dak li wegħdna
affarijiet li ma stajniex inwettqu. Ma fhimniex l-impatt li kien se
jkollha l-konġestjoni tat-traffiku fuq is-servizz. Ma' fhimniex
id-differenza bejn sistemi intiżi għat-turisti, u l-fatt li l-Pulizija
ma kinitx se tagħmel kontroll tat-traffiku. Dan flimkien ma' wegħdi
mill-awtoritajiet lokali li kien se jkollna l-bus lanes. Imma
għall-ammont ta' raġunijiet xejn ma sar minn dan u kollox mar ħażin."
Itenni li fl-ewwel sitt xhur inbidlu 90 fil-mija tal-iskeda u
tħabbtu biex iżommu l-istandards fis-sewqan. "Ir-rata ta' inċidenti li
kellna kienu xi ħaġa li ma titwemminx. Il-kwalità tax-xufiera kienet
ħażina ħafna".
Jenfasizza li "t-tagħlima kienet li meta sejjer x'imkien ġdid u li fih
se tagħmel kollox f'daqqa b'appoġġ fqir u li m'hux b'saħħtu, ir-riżultat
ikun falliment."
Ta' min jgħid li l-ARRIVA kienet bdiet topera f'Lulju tas-sena 2011
b'dikjarazzjoni tal-Ministru Austin Gatt li 'żmien il-bużullotti kien
spiċċa'. Sa Diċembru tas-sena 2013, l-ARRIVA kellha telf ta' €50
miljun. Fl-ewwel ta' Jannar l-ARRIVA waqfet topera f'Malta.
Ritratt: Ian Noel Pace
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home