"Il-proposta ta' gabbana fil-Mosta hi ġennata mill-kbar"
- Jason Micallef
Il-proposta li ssir gabbana f'nofs il-pjazza tal-Mosta, li dwarha irrapporta inewsmalta.com qed tiġi kritikata bil-kbir. Fost dawk li kkritikaw din il-proposta ta' żvilupp kien hemm Jason Micallef, li llum hu Ċermen ta' Valletta 2018.
Hu kkummenta li "meta taħseb li t-tustaġni u żżejjed ikunu nqabżu, titfaċċa applikazzjoni għal gabbana biswit ir-Rotunda fuq spazju pubbliku fejn kuljum jiltaqgħu n-nies u jgawdu l-atmosfera fil-pjazza tal-Mosta. Li tapplika għal gabbana fil-post immarkat bl-isfar hija ġennata mill-kbar. Li l-awtoritajiet jikkunsidraw din l-applikazzjoni oxxena, hija kriminali. Le kbira ċar u tond. Nippretendi li l-Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista li jirrappreżentaw lill-Mosta fil-Parlament joħorġu minn issa fil-beraħ u jiddikjaraw il-le tagħhom. Sinjuri Parlamentari mhemmx tidwir mal-lewża."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home