"Kards dubjużi" jiġu mqassmin mis-Sirjan
Il-ġurnal L-ORIZZONT illum irrapporta kif il-każ marbut mal-persuna Sirjana li ħarġet bl-allegazzjonijiet dwar visas mediċi għal persuni Libjani, qed jieħu żvolta ġdida. Dan hekk kif L-ORIZZONT għandu f'idejh għadd ta' kards li kien qed iqassam Khaled Ben Nasan lil persuni li hu jkun iltaqa' magħhom. Il-kards li xi wħud minnhom jinsabu għand L-ORIZZONT meta wieħed janalizzahom isib li fihom informazzjoni differenti.
Sorsi li tkellmu ma' L-ORIZZONT u li huma qrib ir-rappreżentanza Libjana f'Malta iddeskrivew il-kards bħala "dubjużi'. Filfatt sorsi li tkellmu ma' L-ORIZZONT meta ntalbu jikkonfermaw jekk Khaled Ben Nasan għandu x'jaqsam mal-Ministeru tal-Intern Libjan, dawn qalulna li lil Khaled ma jafux u m'għandhomx konoxxenza tiegħu. Il-kards li għandu f'idejh L-ORIZZONT huma differenti minn xulxin. F'waħda minnhom Khaled Ben Nasan, jgħid li hu l-konsulent legali tal-Istaff Ġenerali tal-Armata Ħielsa Sirjana fil-Libja u f'pajjiżi Għarab u Ewropej. Fuq il-kard hemm arma li tgħid li hi tar-Repubblika Għarbija Sirjana. F'kard oħra li hu jqassam lil persuni Libjani, hu jgħid li jifforma parti mill-kumitat kontra l-ġlieda għall-korruzzjoni, traffikar u l-flus li jidħlu fi Tripli. Fuq din il-kard Khaled Ben Nasan jgħid li l-kariga tiegħu hi ta' marbuta ma' 'dokumentazzjoni u informazzjoni". Kard oħra li tinsab f'idejna jgħid li hu membru tal-Ministeru tal-Affarijiet Interni ta' dik li tissejjaħ 'Special Deterrent Force'.
Il-kard tgħid li Khaled għandu l-kariga li għandha x'taqsam ma' 'dokumentazzjoni u informazzjoni". Fl-aħħar jiem L-ORIZZONT irrapporta kif dan is-Sirjan hu magħruf mal-Pulizija Maltija u anke kien segwit mis-Servizz Sigriet Libjan. F'L-ORIZZONT tal-bieraħ irrapportajna kif dan kien imkeċċi minn Identity Malta minħabba li kien qed imur jakkumpanja persuni Tuneżini. L-imejls li hemm fuq dawn il-kards huma tal-gmail account inkella tal-kumpaniji privati tiegħu. Dawn qed iqajmu għadd ta' mistoqsijiet dwar kemm dawn il-kards jistgħu jittieħdu bis-serjetà. Dan il-gurnal jinsab infurmat li 'screen shots' ta' messaggi li allegatament Ben Nasan kien jibgħat lil Gafa' spiċċaw għand bosta Libjani. Interessanti dak li nies qrib sew ta' Ben Nasan qegħdin isostnu ma' dan il-ġurnal li l-istess Ben Nasan ma jafx jikteb bl-Ingliż.
Għaldaqstant, xi ħadd allegatament kien imqabbad jikteb u jibgħat dawn il-messaġġi lil Gafa'. L-istess sorsi żvelaw li l-allegat għan ta' Ben Nasan kien li aktarx jiżvijja l-problema kbira li allegatament jinsab għaddej minnha. Dan għax allegatament permezz ta' dawn il-messaggi seta' jwassal il-messaġġ lil għadd ta' persuni li alletament għandhom jieħdu ammonti ta' flus mingħandu, li l-problema qed jikkawżaha Gafa' u mhux hu. Jidher li din il-mossa ftit li xejn ġiet emmnuta u saħansitra matul l-aħħar ġimgħat, Ben Nasan kemm'il darba kellu allegatament juża vettura oħra biex jivvjagga kif ikoll ibiddel ir-residenza ta' fejn jorqod .
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home