''Jekk jingħalaq l-istaġun min hu 'cowboy' se jmur aħjar''
Wara l-kontroversja li nqalgħet dwar l-istaġun tal-kaċċa u dan wara li nqatlu żewġ Ċikonji Suwed, l-ornitoloġista Natalino Fenech iddikjara li hu jemmen li jekk jingħalaq l-istaġun tal-kaċċa min hu “cowboy” se jmur aħjar. Hu qal li "mir-ritratti li rajt taċ-ċrieket taċ-Ċikonji Bojod ta' Malta u Ghawdex jidher li huma Taljani.Ċikonji Suwed jidher li kien hawn erba' jekk mhux ħamsa. Tlieta f'daqqa tard filgħaxija f'Għawdex u wieħed jew żewġ waħdiet.
Min spara fuq iċ-Ċikonji Suwed u Bojod għamel żball gravi ħafna. Imma jien personalment ma naqbilx li għandu jeħel miegħu kulħadd." Tenna li "wara kollox rajna ħafna tajr li ħadd ma messhom. U jekk jingħalaq l-istaġun, min hu ‘cowboy’ se jmur aħjar. Ċert li dawn iċ-Ċikonji mhumiex l-uniċi vittimi tal-kaċċa illegali. L-appell tiegħi jibqa' li min hu dilettant jimxi mal-liġi u fejn jista' jikkoreġi lil min ikun se jiżbalja. Min ma jridx jisma' mbagħad jerfa' l-konsegwenzi ta' għemilu. Il-pulizija qegħdin hemm biex jipproteġu lil min ma jiksirx il-liġi. Ftakru li min jagħmel att ta' kaċċa illegali ikun qed jitfa' dell fuq kulħadd."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home