Tmut dik meqjusa bħala ''omm'' is-saċerdoti fil-parroċċa f'Raħal Ġdid
“Mara umli”. "Mara dejjem bi tbissima". "Mara twajba u paċenzjuża speċjalment mat-tfal imqarbin". Hekk iddeskrivew lil Agnes Agius, parruċċani f'Raħal il-Ġdid, li mietet fl-aħħar sigħat. Agnes kienet meqjus bħala “omm” is-saċerdoti fil-parroċċa ta' Raħal il-Ġdid. Agnes kienet magħrufa għal snint twal ma jaqtgħu xejn ta'servizz li tat fit-tagħlim tad-duttirina.
L-Arċipriet ta' Raħal il-Ġdid, Marc Andre Camilleri ikkummenta fuq il-mewt tagħha u qal li "ħajjitha kollha mogħdija f'servizz ta' mħabba lejn ħutha u s-soċi interni u lejn il-parroċċa li tant ħabbet. Din kienet bħala omm għalina is-saċerdoti tal-parroċċa". Imma Agnes ma kinitx magħrufa biss f'Raħal il-Ġdid. Ħafna fratelli f'Malta jafu lilha għal konfratija u l-muzzetta li għandhom.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home