Monday, September 12, 2016




Dawn ukoll qalu li qed igiddbuna...
.....ara l-messaggi li ntbagħtu u tkun taf il-verità

Insomma wara tan-NET ħarġu tal-Illum jgħidu li qed igiddbuna. Dan sempliciment għax id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li kellmu l-Ministru Owen Bonnici u qallu li r-rapporti tagħna kien skorrett, rapport li kien jitkellem dwar laqgħa li ssemmiet għal mal-Prim Imħallef fuq il-każ tal-LSA Għawdxija.
Hawn qed inxandru mill-ġdid - il-messaġġi li ntbagħtu dwar dan il-każ. Faċli tasal għal konklużjoni. Dak rappurtat hawn ġie mxandar ukoll f'inewsmalta.com.

Altru milli skorretti u li ħadna falza stikka.....
.....nippubblikaw  dak li kien komunikat

L-istorja ta' l-LSA Għawdxija, hi fuq fomm ħafna persuni l-aktar għalliema. L-ORIZZONT u inewsmalta.com qed isegwu dan il-każ mill-qrib.   Tkellimna mal-MUT fejn dawn ma naqsux li jesprimu n-nuqqas ta' qbil tagħhom mal-fatt li l-appell reġa' kien differit.    L-MUT ma naqsitx li titkellem mal-ministri kkonċernati u ġiet mgħarrfa b'iswed fuq l-abjad li dan id-dewmien kien se jitqajjem mal-Prim Imħallef.
Wara li xandarna l-każ, id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi xandar tweet fejn qal li kuntrarjament għal dak li konna qed ngħidu ġie nfurmat li mhemmx laqgħat. Ma naqasx li jgħid li hu tkellem mal-Ministru Bonnici. Ftit wara rapport fuq il-midja Nazzjonalista li kien jgħid li L-ORIZZONT u inews ħadu falza stikka u dan għax irrappurtajna li kien se jkun hemm laqgħa mal-Prim Imħallef.

Quddiem dan ma stajniex ma nippubblikawx il-kommunikazzjoni li għaddiet bejn il-ministri involuti u l-MUT, korrispondenza li konna konxja tagħha sa minn ġurnata qabel ixxandar ir-rapport. Fiha jingħad ċar u tond dak li ssemma' fl-artiklu.

Ir-rapport f'inewmsalta.com li juri l-kommunikazzjoni li saret....

'Għadu kemm ċempilli l-Ministru Bonniċi li aċċertani li mhu se jkun hemm ebda laqgħa mal-Prim Imħallef kontra dak irrapurtat hawn". Dan sostnieh id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi fuq twitter b'riferenza għar-rapport li xxandar mill-ġurnal L-ORIZZONT u inewsmalta.com.
Quddiem dan inewsmalta.com, lbieraħ tkellem mal-President tal-MUT u anke ħadna kumment mingħand fejn ikkonferma hu stess li fil-kuntatti li kien hemm issemma' li se tinġibed l-attenzjoni tal-Prim Imħallef biex din il-persuna ma tibqgħax għaddejja minn dan il-martirju.

Filfatt meta l-MUT kienet ikkomunikat mal-Ministru Evarist Bartolo, f'messaġġ li dan bagħat lill-MUT kien jgħid ċar u tond li "l-Ministru qalli li se jkellem lill-Prim Imhallef…."

Minn naħa tiegħu l-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonniċi f'kommunikazzjoni mal-MUT kien qal li "rigward il-każ ta' Karen Mercieca, kif taf fejn jidħlu proċeduri kriminali fil-Qrati, aħna l-Ministri għandna idejna marbutin ħafna. Biss fejn jidħol id-dewmien jien ma niddejjaqx nitkellem ma’ l-awtoritajiet rispettivi. Qed nikkoppja lill-Avukat Ġenerali għall-kummenti tiegħu. Jekk hemm bżonn nattira l-attenzjoni tal-Prim Imħallef".

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home