Telaq minn Malta snin ilu imma Malta baqgħet fih
"Wara l-mewt ta' ommu kienet talab lill-Arċisqof biex iservi fid-Djoċesi ta' Melbourne. It-talba kienet intlaqgħet. Qatt ma ħares lura. Veru li telaq minn Malta snin ilu, imma Malta qatt ma ħarġet minn ġo fih". Dan sostnieh Malti tal-Awstralja ma' inewsmalta.com hekk kif sar magħruf li miet Fr Indri Camilleri. Dan kien minn Ħal Luqa. Kien persuna ospitabbli għall-aħħar u kien irnexxielu joħloq sens ta' villaġġ fost il-parruċċabni tiegħu. Hu kien iservi bħala Kappillan f'Thomastown West. Fr Indri kien ordnat saċerdot Salesjan fis-sena 1981.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home