Thursday, September 8, 2016

60 Astun Iswed fil-Buskett

Id-dilettanti tal-għasafar kellhom xalata sħiħa fil-Buskett. Dan hekk kif qatgħa ta' 60 Astun Iswed offriet spettaklu sħiħ. Din il-qatgħa, li hi rari ħafna li dan l-għasfur ipassi minn fuq pajjiżna f'qatgħa daqshekk kbira, għaddiet minn fuq is-Salib tal-Għolja u niżlet għal kenn fil-Buskett.

Dan l-ispettakklu spiċċa ttappan hekk kif fil-Buskett bdiet tindaqq mużika qawwija li stonat bil-kbir ma' dan l-ambjent li hu riserva naturali. 

Osservatur tal-passa tal-għasafar qal lil inewsmalta.com li "jagħmel sens li f'post bħal dan u f'dan iż-żmien tal-passa, isiru dawn it-tip ta' parties fil-Buskett b'mużika għolja? Nistennew li f'riserva naturali jkun hawn ferm u ferm aktar kontroll fuq il-ħsejjes", qalilna l-istess osservatur.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home