Thursday, September 8, 2016

Ġmiel il-Mellieħa kumplimentat bil-logħob tan-nar

B'santwarju antik magħruf bħala 'l-Knisja ta' Isfel', u bil-Knisja Parrokkjali f'tarf il-quċċata, il-veduta tal-Mellieħa mill-post magħruf bħala 'Ta' Snajjin' issaħħar lil kull min jaraha. 

Post li ċ-ċentru tiegħu, sa issa u nittamaw li jibqa' hekk għadu ma tħassarx bil-bini ta' blokok ta' appartamenti li jitilgħu għadd ta' sulari. 

Il-veduta tkompli tissebbaħ fi żmien il-festa tal-Bambina bil-logħob tan-nar li jiġi sparat minn għolja fuq in-naħa l-oħra tal-knisja. Bla dubju ta' xejn dan ir-ritratt ta' Steve Congrave, hu kartolita mill-isbaħ għal Mellieħa u għal pajjiżna.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home