Buġibba...karatterizzata mit-telqa
Dwar Buġibba fl-aħħar jiem u ġimgħat xandarna għadd ta' rapporti dwar in-nuqqas kbir ta' indafa li hemm f'ċerti postijiet. Ix-xejra ta' nuqqas ta' indafa kompliet fl-aħħar jiem b'kull tip ta' skart issibu fuq ċerti bankini u żoni oħra. Imma Buġibba m'għandhiex biss din il-probelma. Hemm problema oħra ta' telqa f'żoni li faċilment jistgħu jintużaw jekk ikunu fi stat tajjeb biex fihom ir-residenti jgħaddu ħin ta' rilassament. Triq it-Turisti hi waħda mit-toroq li fiha hemm żoni simili. Żona li hi frekwentata minn ħafna turisti u li hi imdawwra b'għadd ta' negozji. Sfortunatament din iż-żona hi mitluqa għal aħħar b'siġar nexfin, ħaxix niexef u b'dehra li turik li ż-żona ilha żmien ma tirċievi manutenzjoni.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home