L-avviż li eskluda ħaddiema Afrikani jitneħħa wara rapport ta' inewsmalta.com
Wara r-rapport f'inewsmalta.com li kien jitratta avviż diskriminatorju dwar xogħol f'latrina, liema avviż kien jgħid li min japplika m'għandux ikun ta' oriġini Afrikana, ittieħdet azzjoni immedjata u l-avviż tneħħa minn fuq is-sit li kien qed ixandru. L-avviż kien wieħed diskriminatorju għax ma tistax issir diskriminazzjoni għal xogħol fuq bażi ta' razza. L-avviż kien qed jitlob għal ħaddiem biex iservi f'latrina f'San Pawl il-Baħar. Li kien jiskantak f'dan l-avviż hu li fost ir-rekwiżiti li ntalbu kien hemm li min japplika m'għandux ikun ta' oriġini Afrikana. L-avviż jgħid li hemm bżonn ħaddiem biex jieħu ħsieb latrina f'San Pawl il-Baħar u dan billi jnaddafha u jara li tinfetaħ filgħodu. Fost ir-rekwiżiti jingħad li l-applikant għandu jkollu liċenzja tal-karozza, kondotta nadifa u fuq kollox ma jkunx Afrikan.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home