Bla kumment
Dan inkiteb b'risposta għal dan l-artiklu
Xogħol f'latrina……ma jistax
ikun ta' oriġini Afrikana
Kultant lanqas temmen lil għajnejk dak li tkun qed tara. Avviż li hemm fuq is-sit ta' avviżi klassifikati OKMALTA.COM qed jitlob għal ħaddiem biex iservi f'latrina f'San Pawl il-Baħar. Li jiskantak f'dan l-avviż hu li fost ir-rekwiżiti li intalbu kien hemm li min japplika m'għandux ikun ta' oriġini Afrikana.
Bla dubju ta' xejn, dan hu avviż diskriminatorju għall-aħħar u mhux magħruf x'azzjoni se tittieħed mill-awtoritajiet konċernati.
L-avviż jgħid li hemm bżonn ħaddiem biex jieħu ħsieb latrina f'San Pawl il-Baħar u dan billi jnaddafha u jara li tinfetaħ filgħodu. Fost ir-rekwiżiti jingħad li l-applikant għandu jkollu liċenzja tal-karozza, kondotta nadifa u fuq kollox ma jkunx Afrikan.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home